facebook-pixel

Loading ...

Terms and Conditions / General

Termini u Kundizzjonijiet» Go Back

  1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1. Is-segwenti termini u kundizzjonijiet ser jirregolaw ir-relazzjoni li qed tidħol fiha u li qed tiġi stabbilita minnek u Melita Limited. fir-rigward ta’ servizzi tat-televiżjoni, internet u / jew telefonija fissa/mobbli li jiġu provduti lilek.

1.2. Dan il-Ftehim flimkien mal-annessi kollha inklużi l-Kundizzjonijiet tas-Servizz applikabbli, għandu jinqara flimkien mat-termini u kundizzjonijiet applikabbli għal tariffa partikolari, promozzjoni jew offerta. Dawn it-Termini u Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal kwalunkwe tariffa, offerta jew promozzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tagħna: www.melita.com.

1.3. Hekk kif il-Klijent jiffirma, dan il-Ftehim flimkien mal- Iskeda ta’ Spejjeż u kwalunkwe Kundizzjonijiet tas-Servizz applikabbli, termini u kundizzjonijiet applikabbli għal tariffa partikolari, promozzjoni jew offerta, flimkien ikollhom is-saħħa tal-liġi bejn il-partijiet.

  1. TIFSIRIET

2.1. Għall-iskop ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet:

(i) “Bundle” ifisser l-għaqda ta’ tnejn jew aktar tas-Servizzi Melita taħt prezz wieħed;

(ii) “Fond ta’ installazzjoni” ifisser l-indirizz mogħti mill-Klijent, kif muri fuq il-Ftehim, fejn is-Servizzi mitluba għandhom jiġu pprovduti.

(iii) “Ftehim” ifisser dawn it-termini u kundizzjonijiet flimkien mal-annessi kollha tiegħu, inkluża l-Iskeda ta’ Spejjeż, Il-Politika Dwar Użu Aċċettabbli, Il-Politika dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku u kwalunkwe termini u kundizzjonijiet oħra applikabbli għal tariffa partikolari, promozzjoni jew offerta u kull dokument ieħor imsemmi jew inkorporat magħhom u kull termini u kundizzjoni addizzjonali jew emendati li aħna nistgħu ninnotifikawlek;

(iv) “Klijent” u “int” ifissru l-persuna, li għandha tkun il-firmatarja fuq dan il-Ftehim u tinkludi kull persuna li aħna raġonevolment naħsbu li qed taġixxi f’ismek, u “tiegħek” għandu jiġi interpretat skont din it-tifsira;

(v) “Kont” ifisser il-kont tal-Klijent għas-Servizz;

(vi) “Melita” u “aħna” ifissru Melita Limited (C12715) u “tagħna” u “aħna” għandhom jiġu interpretati skont din it-tifsira.

(vii) “Netwerk” tfisser is-sistema li tikkonsisti minn netwerks tal-fibra, netwerk HFC (fibra ibrida/ coax) u/ jew in-netwerk 3G, u/jew in-netwerk tal-WiFi proprjetà ta’ u operata minn Melita sabiex tipprovdi Servizzi lill-Klijenti tagħha.

(viii) “Skeda ta’ Spejjeż” tfisser il-lista ta’ spejjeż relatati mas-Servizz (esklużi l-ispejjeż relatati mal-użu) li hija annessa mal-preżenti, li Klijent jista’ jkollu jħallas minn żmien għal żmien. Dawn l-ammonti kollha kif indikati jinkludu t-taxxa tal-VAT iżda ma jinkludux id-dazju tas-sisa u xi taxxi oħra li jistgħu jiġu imposti.

(ix) “Servizz/i” ifisser is-servizzi disponibbli għall-pubbliku ta’ Melita tat-telefonija fissa, it-televiżjoni, id-data (Internet) u servizzi tat-telefonija mobbli, li jiġu pprovduti skont dan il-Ftehim. Sakemm il-kuntest ma jissuġġerixxix mod ieħor, il-kelma “Servizz” jew “Servizzi” kif użati f’dan il-ftehim għandhom japplikaw għal kull wieħed jew aktar mis-Servizzi ta’ Melita.

(x) “Tagħmir” ifisser kull tagħmir, Conditional Access Module, apparat, handset, set-top box, remote, linji, cable, modem, hardwer jew softwer u cable drop li Melita tipprovdi jew tikri lill-Klijent għall-użu ta’ jew għal aċċess għas-Servizz.

(xi) “Tagħmir tal-Klijent” ifisser kull tagħmir inkluż tagħmir li jinsab fil-fond tal-klijent (CPE), Conditional Access Module, apparat, handset, tagħmir ta’ terzi persuni, batteriji jew ċerti aċċessorji li jista’ jinxtara minnek kemm mingħand Melita, mingħand fornitur rakkomandat minn Melita jew mingħand fornitur alternattiv.

(xii)”Tariffa” liema tifsira hi skont Klawsola 15 ta’dan il-Ftehim

(xiii) “Territorju” ifisser ir-Repubblika ta’ Malta.

  1. SERVIZZI

3.1. Melita tirriżerva d-dritt li taċċetta jew tirrifjuta li tipprovdi xi Servizz/i lil xi Klijent. Melita tista’ tirrifjuta li tipprovdi Servizz lil kull persuna (i) li jkollha inqas minn tmintax (18) il-sena; (ii) li tirrifjuta li tipprovdi kopja tal-Karta tal-Identità tagħha; (iii) li ma tkunx il-Klijent jew li ma tkunx awtorizzata mill-Klijent biex tiffirma dan il-Ftehim; (iv) li wara li l-verifika tal-validità ta’ kreditu u tal-istatus tagħha ma tikkwalifikax għall-Servizz taħt il-politika kurrenti ta’ “kreditu” ta’ Melita; (v) li għandha storja ta’ problemi ta’ ħlas ta’ xi spejjeż jew tariffi għal kwalunkwe servizz ipprovdut minn Melita; (vi) li għandha Fond għall-Installazzjoni li jaqa’ barra miż-żona tas-servizzi tagħna; (vii) li ma tgħix u ma għandhiex indirizz postali li qiegħed fiż-żona ta’ kopertura tan-Netwerk tagħna stess; (viii) li mhix is-sid tal-Fond għall-Installazzjoni jew jekk mhix is-sid kienet f’kuntratt ta’ kera għall-Fond għall-Installazzjoni għal anqas minn sitt xhur jew; (ix) li kisret xi dispożizzjoni minn dan il-Ftehim, inklużi l-annessi tiegħu, u/jew kwalunkwe termini u kundizzjonijiet applikabbli għal tariffa partikolari, promozzjoni jew offerta; (x) li m’għandhiex Tagħmir tal-Klijent li jaqbel mal-provvista tas-Servizz mitlub; (xi) li għandha storja ta’ distruzzjoni jew tbagħbis tat-Tagħmir jew kisret xi dispożizzjoni ta’ xi ftehim li jirrigwarda servizz tal-Melita; (xii) jekk mhux il-każ li ssir il-konnessjoni minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà; (xiii) li m’għandhiex netwerk elettriku xieraq kif speċifikat fil-Klawsola 5.4 ta’ dan il-Ftehim.

3.2. Jista’ jkun meħtieġ depożitu sabiex is-Servizz tiegħek jiġi attivat u dan id-depożitu jitħallas lura lilek mat-tmiem tas-Servizz, jekk ikun jifdal xi bilanċ x’jitħallas. Dan id-depożitu ma jeżentakx mill-obbligu li tħallas xi ammonti jew l-ammonti pendenti kollha u/ jew spejjeż mat-terminazzjoni tal-Ftehim.

3.3. Aħna nipprovdulek is-Servizzi fi żmien tletin (30) ġurnata mid-data li fiha jiġi ffirmat il-Ftehim għall-perijodu stipulat fil-Klawsola 10 hawn taħt; jew sad-data ta’ użu tal-valur kollu mixtri, jekk ikun il-każ; jew sal-valur tal-limitu ta’ kreditu approvat; jew sakemm il-kuntratt jiġi terminat skont il-kundizzjonijiet imsemmija fih. Salv dawk il-każijiet li Melita m’għandhiex kontroll fuqhom, il-Klijent jista’, skont il-Klawsola 10.2, jittermina l-Ftehim tiegħu mingħajr spejjeż addizzjonali jekk is-Servizz ma jiġix ipprovdut fi żmien tletin (30) ġurnata mid-data tal-firma u/jew jekk is-Servizz ma jaqbilx mad-deskrizzjoni li tingħata f’dan il-Ftehim.

3.4. Fejn servizz ikun jeħtieġ installazzjoni, Melita tirriżerva d-dritt li tivverifika jekk is-Servizz jistax jiġi installat jew konness. Fejn installazzjoni li mhix standard tkun meħtieġa, Melita tirriżerva d-dritt li jew tikkanċella l-ordni tal-Klijent jew li tipprovdi installazzjoni apposta bi spejjeż addizzjonali. Il-perjodu standard ta’ tletin ġurnata għall-konnessjoni tal-bidu ma japplikax għal installazzjoni li mhix standard. Is-Servizzi jistgħu jeħtieġu ċertu apparat u kompatibbiltà/limitazzjonijiet inklużi memorja, ħażna, disponibbiltà tan-netwerk, kopertura, aċċessibiltà u limitazzjonijiet tal-konverżjoni tad-data.

  1. RESPONSABBILTAJIET, DRITTIJIET U RIMEDJI TAGĦNA

4.1. Aħna nagħmlu ħilitna biex nipprovdu Servizz/i affidabbli u effettiv/i. Iżda m’aħniex f’qagħda li niggarantixxu li s-Servizz/i u/jew it-Tagħmir tagħna se jkun/u ininterrotti u mingħajr difetti. Aħna ma niggarantixxux id-disponibbiltà tan-netwerk tagħna l-ħin kollu. Melita mhux ser tinżamm responsabbli għal kull interruzzjoni li taqa’ barra mill-kontroll tagħha. Fil-każ fejn minħabba ħsara fit-Tagħmir, il-Klijent jibqa’ mingħajr servizz għal iktar minn erba’ (4) t’ijiem, fil-każ ta’ ħsara fin-Netwerk, il-Kont tal-Klijent jingħata kreditu ta’ rifużjoni pro-rata. Dan jeskludi nuqqas ta’ servizz li huwa dovut għal (a) kawżi ta’ forza maġġuri, (b) ħsara minħabba Tagħmir tal-Klijent (c) li tirriżulta minn kwalunkwe ċirkostanza li hija tort tal-Klijent u/jew (d) meta l-Klijent jirifjuta li jgħati aċċess għall-fond tiegħu f’dan il-perjodu ta’ erbgħat ijiem.

4.2. Melita tagħmel ħilitha biex issolvi kull ilment li jista’ jkollok dwar is-Servizzi mill-aktar fis possibbli. Il-proċedura tal-ilmenti li tapplika Melita hija disponibbli fuq is-sit http://www.melita.com/complaints-handling-procedure/. Minkejja dan, fil-każ ta’ ħsara li taffettwa s-Servizz/i pprovdut/i lilek, kemm jista’ jkun malajr wara notifika tiegħek, u mhux iktar tard minn seba’ (7) t’ijiem wara, fil-każ ta’ ħsara minħabba Tagħmir, u ħmistax (15) il-ġurnata, fil-każ ta’ ħsara fin-Netwerk, Melita tagħmel kull manutenzjoni korrettiva meħtieġa. Inti ser tkun suġġett għal Home Visit Charge u/jew 1st AM and Last PM Appointment Charge, fejn applikabbli kif stipulat fl-Iskeda ta’ Spejjeż. Mingħajr preġudizzju għal dak li ntqal iktar ‘il fuq, Melita tirriżerva d-dritt li tintroduċi prodott b’tariffa addizzjonali liema tariffa tkun tkopri l-ispejjeż tal-manutenzjoni korrettiva u s-servizzi l-oħra skont it-termini u kundizzjonijiet applikabbli.

4.3. Aħna nirriżervaw id-dritt li (a) innaqsu, nissospendu, nitterminaw is-Servizzi jew li napplikaw restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ traffiku mingħajr avviż, minħabba ħsara fin-Netwerk u/jew ħtieġa ta’ manutenzjoni jew għal kwalunkwe raġuni speċifikata fil-Klawsola 10 ta’ dan il-Ftehim, jew jekk il-Klijent jabbuża mis-Servizz jew jikser il-Ftehim tiegħu/tagħha; (b) nagħmlu bidliet fit-termini u kundizzjonijiet ta’ Ftehim fi kwalunkwe ħin, wara li nagħtu notifika lill-Klijent ta’ mill-inqas tletin (30) jum bil-quddiem qabel il-bidla/bidliet proposta/i. In-notifika għandha ssir bil-posta elettronika jew bil-posta fl-aħħar indirizz ipprovdut mill-Klijent jew billi titpoġġa l-informazzjoni fuq il-websajt tagħna. Inti għandek id-dritt li tittermina l-Ftehim matul l-imsemmi perjodu ta’ notifika mingħajr spejjeż addizzjonali. L-użu kontinwu tiegħek tas-Servizzi tagħna wara dan il-perjodu ta’ notifika jiġi kkunsidrat bħala aċċettazzjoni minnek tal-bidliet fis-Servizz; (ċ) intejbu, nimmodifikaw, jew nibdlu s-Servizzi jew xi karatteristiċi tagħhom minħabba raġunijiet tekniċi, operazzjonali jew kummerċjali; (d) inneħħu kwalunkwe materjal li jmur kontra l-politika tagħna jew il-liġi applikabbli; (e) inżżomuk responsabbli għad-danni li jistgħu jirriżultaw mill-ksur ta’ kull politika tagħna jew vjolazzjoni ta’ xi dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim; (f) nimblokkaw l-aċċess għas-Servizz/i jekk ikun meħtieġ minn xi liġi applikabbli jew permezz ta’ ordni legali maħruġ minn kull qorti, tribunal jew awtorità kompetenti; (g) fuq talba legali mill-awtoritajiet rilevanti, nagħtu disponibbiltà ta’ informazzjoni li tista’ tintuża għal investigazzjonijiet kriminali jew tal-pulizija jew oħrajn governattivi; (h) nieħdu kwalunkwe azzjoni oħra mogħtija skont il-liġi biex inħarsu d-drittijiet legali tagħna li joħorġu minn dan il-Ftehim.

  1. ID-DRITTIJIET U R-RESPONSABBILTAJIET TIEGĦEK

5.1. Inti għandek tipprovdilna minnufih u b’mod preċiż l-informazzjoni kollha li nistgħu neħtieġu sabiex inkunu nistgħu nwettqu l-obbligi tagħna taħt dan il-Ftehim. Int obbligat li tinnotifikalna immedjatament xi tibdil fid-dettalji personali tiegħek.

5.2. Inti taqbel li ssegwi l-istruzzjonijiet kollha mogħtija minna dwar l-użu tat-Tagħmir u s-Servizzi li jinkludu iżda mhux limitati biss għall-Politika tagħna Dwar Użu Aċċettabbli u l-Politika dwar Ġestjoni tat-Traffiku li huma aċċessibbli fuq il-websajt tagħna www.melita.com u taqbel li tuża t-Tagħmir u s-Servizzi għall-għanijiet leġittimi biss.

5.3. Bħala detentur tal-Kont reġistrat, inti responsabbli għall-Kont tiegħek mal-Melita, inti taqbel li żżomm kull password u/jew kodiċi PIN/PUK skont il-każ li jkun, f’post sigur billi qatt ma tagħmilhom pubbliċi u ma tpoġġihom qatt fuq kompjuter jew sempliċiment x’imkien ieħor. Jekk il-password/PIN/PUK, jekk ikun hemm, isiru magħrufa minn xi persuna mhux awtorizzata inti taqbel li tinforma immedjatament lil Melita.

5.4. Il-Klijenti huma responsabbli li jiżguraw li n-netwerks elettroniċi u tat-telekomunikazzjoni fil-Fond ta’ Installazzjoni huma mibnija u miżmuma skond l-istandards legali applikabbli madwar id-dinja/ fl-UE/ lokalment. Barra minn hekk, il-Klijent għandu jinżamm responsabbli fil-każ fejn ksur ta’ dan ir-rekwiżit iwassal għal sitwazzjoni fejn impjegat tal-Melita jew kuntrattur estern iweġġa’ jew isofri xi danni jew ikun hemm xi danni fuq il-proprjetà tal-Melita.

  1. SPEJJEŻ U TARIFFI

6.1 Il-Klijent huwa responsabbli għall-ispejjeż/tariffi kollha applikabbli għall-Installazzjoni flimkien ma’ Recyling Charge u kwalunkwe spejjeż oħra applikabbli kif stipulat fl-Iskeda ta’ Spejjeż u fit-Tariffa.

6.2 Jekk inti tibdel l-indirizz tiegħek, sew jekk b’mod temporanju jew permanenti, u inti tixtieq titrasferixxi s-Servizzi għall-indirizz il-ġdid, inti tkun marbut tħallas tariffa għat-Trasferiment tas-Servizz, liema ammont huwa stipulat fl-Iskeda ta’ Spejjeż.

6.3 Il-Klijent huwa obbligat iħallas it-tariffi kull xahar għall-użu tas-Servizz/i pprovdut/i, kif stabbilit minn Melita u liema tariffi huma suġġetti għal bdil legali skont il-proċedura speċifikata fi klawsola 4.3 (b) iktar ‘il fuq.

6.4 Fil-każ fejn inti tagħżel li tagħmel upgrade matul il-perjodu li fih dan il-Ftehim ikun fis-seħħ, inti tkun marbut tħallas id-differenza fl-ispejjeż għall-użu tas-Servizz kif applikabbli. Id-differenza fl-ispejjeż għall-użu tas-Servizz ma tkunx applikabbli fil-każ fejn inti tiddeċiedi li tagħmel downgrade tas-Servizz li jkollok għal dak kif stipulat f’dan il-Ftehim.

6.5 Il-Klijent li jagħżel li jżid is-Servizz u/jew japplika għall-Premium channel jintrabat għal perjodu minimu ta’ xahar. Kull oġġezzjoni jew ilment kontra ordni bit-telefon għandha ssir bil-miktub fi żmien seba’ (7) t’ijiem mid-data meta l-Klijent jirċievi l-kont.

6.6 Kwalunkwe nefqa u l-ispejjeż kollha mensili tas-Servizz għandhom jintbagħtu f’kont lill-Klijent b’mezz elettroniku flimkien ma’ kull nefqa oħra magħmula waqt l-użu tat-tali Servizz/i, inklużi ammonti dovuti għall-użu tas-servizz tat-telefonija fissa u/jew mobbli tagħna, u spejjeż oħra li mhumiex rikorrenti bħal spejjeż ta’ kiri ta’ hardwer, konnessjoni u/jew tariffi ta’ rilokazzjoni, u tariffi ta’ darba. Dawn l-ispejjeż u tariffi tas-Servizz isiru applikabbli fid-data meta s-Servizz/i jiġi/u installat/i u l-pagamenti jsiru dovuti fid-data stipulata fuq il-kont. L-ispejjeż u tariffi tas-Servizzi kif indikati jinkludu t-taxxa tal-VAT iżda ma jinkludux id-dazju tas-sisa u xi taxxi oħra li jistgħu jiġu imposti, sakemm ma jiġix speċifikat altrimenti fit-termini u kundizzjonijiet speċifiċi jew f’offerti.

6.7 Il-pagamenti għandhom isiru permezz tad-Direct Debit Mandate. Fil-każ fejn il-Klijent jiddeċiedi li jħallas b’metodi alternattivi, Melita tirriżerva d-dritt li tapplika Tariffa ta’ Ħlas kif stipulat fl-Iskeda ta’ Spejjeż. Kwalunkwe Direct Debit jew ċekk li jiġi kanċellat jew li ma jgħaddix mill-bank tiegħek ikun suġġett għal tariffa ta’ Returned Cheque jew Direct Debit Reversal Charge kif applikabbli u kif stipulat fl-Iskeda tal-Ispejjeż.

6.8 Notifika tal-kont elettroniku tiegħek tintbagħat b’e-mail fuq l-indirizz elettroniku provdut minnek. Hekk kif l-e-mail tintbagħat, aħna nassumu li inti rċevejt il-kont. Il-Klijent jassumi r-responsabbiltà li jiżgura li l- l-indirizz  elettroniku pprovdut lil Melita huwa  attiv.

6.9  Jekk inti titlob sabiex tirċievi l-kont tiegħek bil-posta, inti oblligat tħallas Monthly Paper Bill Charge kif stipulat fl-Iskeda ta’ Spejjeż. Jekk inti tirċievi l-kont tiegħek bil-posta,dan jintbagħat fl-aħħar indirizz magħruf tiegħek u aħna nassumu li inti tkun irċevejt il-kont mibgħut lilek bil-posta l-għada, jekk il-ġurnata ta’ wara tkun waħda tax-xogħol. Minkejja dan, Klijenti li m’għandhomx internet jew konnessjoni mal-internet permezz tat-telefonija mobbli jistgħu iżuru wieħed mill-ħwienet tal-Melita, fejn jiffirmaw dikjarazzjoni għal dan ir-rigward u jirċievu il-kontijiet bil-posta b’xejn.

6.10 Inti obbligat tħallas l-ammonti kollha elenkati fuq il-kont irrispettivament min għamel użu mis-Servizz/i. Kwalunkwe ammont li ma jitħallasx sad-data indikata fuq il-kont ikun suġġett għal: (i) imgħax bir-rata massima permessa mil-liġi f’dak il-mument, sad-data meta dawn jitħallsu minnek; (ii) Tariffa għal Pagament Tardiv kif stipulata fl-Iskeda tal-Ispejjeż.

6.11 Aħna nirriżervaw id-dritt li nibgħatulek kont retroattiv għal kwalunkwe Servizz ipprovdut, inkluż wara t-terminazzjoni tas-Servizz. Inti obbligat tħallas spejjeż jew tariffi għas-Servizzi, għalkemm dawn tħallew barra bi żball minn kontijiet preċedenti tiegħek. Il-fatt li inti ma tirċevix kontijiet, ma jfissirx li inti ma tkunx obbligat tħallas kull ammont dovut fuq il-Kont tiegħek, u f’eventwalità bħal din, għandek tivverifika ma’ wieħed mill-aġenti awtorizzati tagħna jew iċċempel il-customer care ta’ Melita jew tmur f’wieħed mill-ħwienet tagħna.

6.12 Spejjeż u tariffi għall-użu tas-Servizz/i jkunu legalment dovuti u għandhom jinġabru sad-data meta s-Servizz/i jiġi/u skonness/i u/jew itterminat/i. Jekk aħna nagħmlu skonnessjoni tas-Servizz/i tiegħek għaliex inti tonqos milli tħallas l-ispejjeż u t-tariffi li jkunu dovuti fuq il-Kont tiegħek, aħna jkollna dritt niġbru mingħandek kull skont li jkun inghata hekk kif deskritt fi klawzola 10.3, l-ispejjeż kollha għall-ġbir, l-interessi li ma jeċċedux ir-rata massima permessa mil-liġi, spejjeż legali u tariffi għall-ħlas magħmul tard (Tariffa għal Pagament Tardiv), kif ukoll kwalunkwe spejjeż tat-terminazzjoni tal-konnessjoni (Disconnection Charges) applikabbli fiż-żmien skond l-Iskeda tal-Ispejjeż. Aħna jkollna wkoll id-dritt li nitolbuk ħlas għal xi użu magħmul minnek mingħajr il-permess tagħna ta’ Servizzi tagħna. Kull vjolazzjoni ta’ xi dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim magħmulha permezz ta’ frodi jew attività illegali, tiġi rrappurtata lill-pulizija, li jistgħu jieħdu azzjoni legali kontra tiegħek. Fil-każ fejn il-Klijent jonqos milli jwettaq xi obbligu ta’ pagament ma’ Melita, din tirriżerva d-dritt li tgħaddi kull informazzjoni jew referenzi inklużi fil-preżenti lill-aġenzija ta’ kreditu rilevanti/ aġenzija inklużi Creditinfo Malta Ltd u MACM, għall-ġbir tad-djun kif ukoll lil kull terza persuna intitolata tirċievi din l-informazzjoni.

6.13 Aħna nirriżervaw id-dritt li nivverifikaw il-kreditu tiegħek f’kull ħin. Aħna nagħmlu dan billi nagħmlu tfittxijiet fuqek ma’ aġenziji ta’ kreditu rilevanti li jipprovdu informazzjoni dwar kreditu, minn informazzjoni miġbura mir-Reġistru Elettorali, kif ukoll minn kwalunkwe informazzjoni pubblika. Aħna nistgħu nużaw dawn il-metodi sabiex neżaminaw l-applikazzjoni u nikonfermaw l-identita` tiegħek. Aħna nistgħu nużaw l-informazzjoni miksuba mitt-tfittxijiet ta’ kreditu u minn sorsi oħra legali biex nieħdu kull deċiżjoni ta’ kreditu li jaffettwaw dan il-Ftehim. Jekk f’xi ħin inti tonqos milli tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kreditu tagħna jew tonqos milli tagħmel il-pagamenti dovuti, aħna nistgħu ninfurzaw kwalunkwe limiti ta’ kreditu fuq il-Kont tiegħek, nistaqsu għal depożitu, innaqqsu l-livell ta’ Servizzi li nipprovdulek, nippermettu biss ċerti metodi ta’ ħlas u/jew nissospendu xi wħud jew is-Servizzi kollha f‘kull ħin meta inti tilħaq il-limiti stabbiliti sakemm aħna ma nkunux irċevejna l-ħlas kollu tal-ammonti dovuti lilna taħt dan il-Ftehim.

7 TAGĦMIR

7.1 Sakemm dan il-Ftehim idum fis-seħħ, aħna dejjem nibqgħu s-sidien tat-Tagħmir minkejja li tkun ħallast depożitu fir-rigward ta’ xi Tagħmir kemm jekk fiss fil-Fond ta’ Installazzjoni tiegħek jew le. Barra minn hekk, aħna nistgħu nżidu jew nibdlu t-Tagħmir fuq diskrezzjoni unika tagħna. Kull Tagħmir provdut mill- Melita jista’ jiġi użat sabiex itejjeb is-Servizz/i u/jew in-Netwerk tal-Melita.

7.2 Fejn it-Tagħmir ġie mikri lilek, inti għandek tiżgura li (i) it-Tagħmir jinsab f’post sigur u li l-ħin kollu qed jintuża kif suppost; (ii) inti issegwi l-istruzzjonijiet tagħna relatati mal-użu tat-Tagħmir. Fil-każ ta’ ħsara, li mhix ġejja mill-użu, inti tiġi mistenni tħallas l-ispejjeż kif stipulat fl-Iskeda tal-Ispejjeż; (iii) inti ma tbagħbasx, iżżarma, tuża ħażin, tittraskura jew tagħmel ħsara lit-Tagħmir tagħna; (iv) it-Tagħmir ma jintilifx jew jinsteraq. Fil-każ li dan jiġri, inti tinżamm responsabbli.

7.3 Fil każ ta’ distruzzjoni, serq, tbagħbis jew abbuż tat-Tagħmir inti titlef id-depożitu li tkun ħallast mal-installazzjoni tat-Tagħmir. Barra minn hekk, inti tkun responsabbli għat-tiswija jew sostituzzjoni tat-Tagħmir li jintilef, jiġi mbagħbas, jinsteraq jew issirlu ħsara meta taħt il-kontroll tiegħek. Inti taqbel ukoll li tħallas lil Melita d-danni li din tista’ ssofri.

7.4 Fejn it-Tagħmir ġie mixtri mill-Melita, il-Klijent mhux kopert f’każ ta’ deterjorament tat-Tagħmir ikkawżat minn użu ta’kuljum, użu ħażin, negliġenza jew aċċident, difetti jew danni ikkawżati minn tixrid ta ikel jew likwidu, korrużjoni u kwalunkwe espożizzjoni għall-umdita’, dan mingħajr preġudizzju għad-drittijiet stabiliti fl-Artikoli 73 – 81, Part IX; Bejgħ ta’Oġġetti lill-Konsumatur tal-Att Dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378).

7.5 Inti taqbel li tobdi l-istruzzjonijiet kollha ta’ Melita u/jew tal-produttur fir-rigward tal-użu tat-Tagħmir. Kull użu mhux f’loku jista’ jwassal għat-terminazzjoni tas-Servizz tiegħek.

7.6 Inti taqbel li Melita tiġi fdata esklussivament bit-tiswija u l-manutenzjoni tat-Tagħmir. Inti taqbel li ma tikrix jew tiddisponi mit-Tagħmir bi kwalunkwe mod.

7.7 Kull Tagħmir tal-Klijent li inti tqabbad man-Netwerk għandu jkun konformi mal-liġijiet u r-regolamenti kollha rilevanti. Inti tista’ tuża t-Tagħmir tal-Klijent flimkien mat-Tagħmir tagħna, iżda Melita ma tkunx responsabbli jekk it-Tagħmir tal-Klijent użat ma jkunx bħal dak rakkomandat minn Melita.

Hekk kif il-Klijent jirċievi t-Tagħmir tal-Klijent u/jew it-Tagħmir minn Melita (fejn applikabbli), kull riskju u responsabbiltà fir-rigward ta’ dan it-Tagħmir tal-Klijent u/jew Tagħmir tgħaddi għand il-Klijent, bil-kundizzjoni li Melita tipprovdi garanzija skont il-liġi applikabbli lill-Klijent.

8 AĊĊESS

8.1 Inti hawnhekk qiegħed tagħti irrevokabbilment il-permess lil Melita u kull impjegat tagħha jew il-kuntratturi ta’ parti terza biex b’mod sigur jidħlu ġewwa l-Fond ta’ Installazzjoni u jesegwixxu x-xogħlijiet meħtieġa relatati mal-konnessjoni/ terminazzjoni tal-konnessjoni u manutenzjoni ġenerali tat-Tagħmir li jinsab fuq jew fil-Fond ta’ Installazzjoni tiegħek. Dan l-aċċess għandu jsir f’sigħat raġonevoli u fuq preżentazzjoni ta’ karta tal-identità personali. Fejn dan l-aċċess ma jingħatax mingħajr ebda ġustifikazzjoni, dan jista’ jitqies bħala vjolazzjoni tal-Ftehim li jista’ imbagħad iwassal għal terminazzjoni fil-konnessjoni.

8.2 Bil-preżenti inti qiegħed tagħti permess irrevokabbli lil Melita biex iżżomm it-Tagħmir installat ġewwa, fuq jew taħt il-Fond ta’ Installazzjoni. Inti ma tistax titrasferixxi jew iċċaqlaq xi Tagħmir mill-pożizzjoni jew mill-post fejn aħna nkunu installajnieh fil-Fond ta’ Installazzjoni mingħajr ebda notifika lilna minn qabel. In-nuqqas da parti tiegħek li inti tinnotifikana jista’ jiġi kkunsidrat bħala vjolazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

9 POLITIKA TA’ KANĊELLAZZJONI

9.1 Klijent li jabbona għal xi wieħed mis-Servizzi ta’ Melita (eskluż is-servizz’ tat-telefonija mobbli u s-servizz tad-data mobbli ta’ Melita) huwa intitolat, fi żmien erbatax-il ġurnata (14) il-ġurnata mid-data ta’ dan il-Ftehim, li jikkanċella dan il-Ftehim mingħajr ma jeħel spejjeż addizzjonali u mingħajr ma jagħti ebda raġuni. Din il-kanċellazzjoni ssir billi l-Klijent jagħti Avviż bil-miktub ta’ Kanċellazzjoni fejn jesprimi l-intenzjoni tiegħu/tagħha li jikk/tikkanċella l-Ftehim.

9.2 Avviż ta’ Kanċellazzjoni jingħata kif suppost jekk il-Klijent:

  1. jħalli avviż bil-miktub iffirmat indirizzat lil Melita fl-indirizz tagħna, f’liema każ id-data ta’ notifika tiġi meqjusa d-data tal-kunsinna. jew
  2. jibgħat bil-posta l-avviż bil-miktub iffirmat lil Melita fl-indirizz, Mrieħel By-Pass, Mrieħel, BKR3000, f’liema każ id-data ta’ notifika tiġi meqjusa d-data meta kienet ġiet impostata.

Huwa rakkomandabbli li l-Klijent iżomm kopja tal-Avviż ta’ Kanċellazzjoni u meta jintbagħat bil-posta, dan għandu jsir permezz ta’ ittra irreġistrata.

9.3 Jekk dan il-Ftehim jiġi kanċellat b’mod konformi ma’ din il-Klawsola 9, jiġi kkunsidrat bħala Ftehim itterminat u l-klawsoli relattivi ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw. L-ispejjeż u t-tariffi għas-Servizzi u l-użu tas-Servizz/i jsiru legalment dovuti u għandhom jitħallsu sad-data ta’ kanċellazzjoni. Ħlasijiet tal-Installazzjoni ma jiġux rimborżati.

9.4 Klijent li jabbona għas -servizz tat-telefonija mobbli u/jew s-servizz tad-data mobbli tal- Melita li rċieva handset/apparat, jirrikonoxxi u jaqbel li f’każ ta’ kanċellament tas-Servizz jirinunzja għad-dritt ta’ kanċellament tal-bejgħ tal- handset/apparat f’każ ta’ użu.

9.5  Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Klawsola 9 huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Att Dwar l-Affarijiet Tal-Konsumatur (Kapitolu 378 tal-Liġijiet ta’ Malta) u r-Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (L.S.378.17 tal-Liġijiet ta’ Malta).

10 TERMINU U TERMINAZZJONI

10.1 Jekk ma jiġix ikkanċellat skont il-Klawsola 9 iktar ‘il fuq, dan il-Ftehim tat-tip ‘month-on-month’ jibqa’ validu mid-data tal-ewwel ċiklu ta’ kontijiet li jintbagħtu kull xahar sakemm ma jiġix itterminat minnek skont il-proċess imsemmi fil-Klawsola 10.2 jew minn naħa tagħna għal waħda mir-raġunijiet imsemmija f’dan il-Ftehim.

10.2 Il-Klijenti li għandhom Ftehim tat-tip ‘month-on-month’ u li jixtiequ jitterminaw il-Ftehim għandhom jagħtuna notifika bil-miktub ta’ 30 ġurnata flimkien ma’ kopja tal-Karta tal-Identità tagħhom. It-terminazzjoni tkun effettiva ma’ tmiem il-perjodu ta’ notifika. Inti tkun obbligat tħallas lil Melita kull ammont dovut fuq il-Kont tiegħek. F’dawk il-każijiet fejn aħna nindunaw li kien hemm xi ammonti dovuti wara d-data ta’ terminazzjoni, inti tkun obbligat tħallas il-kontijiet kollha li jinħarġu wara d-data ta’ terminazzjoni. Fil-każ ta’ servizz tat-telefonija mobbli, il-Klijent ikun obbligat iħallas l-ispejjeż kollha jekk ikun hemm indikati fit-termini u kundizzjonijiet speċifiċi relatati mat-tariffa, li fil-każ ta’ handset/apparat sussidjat jinkludi l-prezz fis-suq tal-handset/apparat.

10.3 Il-Klijenti li jagħżlu li jakkwistaw Servizz/i għal perjodu ta’ erbgħa u għoxrin (24) xahar (“24 Month Term”) jingħataw tariffa mensili skontata. Il-Klijenti li jagħżlu Ftehim għal Servizz għal perjodu ta’ 24 xahar u jixtiequ jitterminaw qabel jew mal-iskadenza tat-terminu ta’ 24 xahar għandhom jagħtuna notifika bil-miktub ta’ 30 ġurnata flimkien ma’ kopja tal-Karta tal-Identità tagħhom. It-terminazzjoni tkun effettiva ma’ tmiem il-perjodu ta’ notifika. Il-Klijenti li jitterminaw it-terminu ta’ 24 xahar qabel ma dan jiskadi għandu jirrifondilna l-iskont li jkun ingħata mill-bidu tat-terminu ta’ 24 xahar sad-data ta’ terminazzjoni. Japplikaw ukoll ir-rekwiżiti l-oħra għal terminazzjoni elenkati fil-Klawsola 10.2.

10.4 Il-Klijenti li akkwistaw servizz għall-perjodu ta’ erbgħa u għoxrin (24) xahar (24 Month Term) li ma jitterminawx il-Ftehim qabel jew hekk kif jiskadi l-perjodu ta’ 24 xahar, jibqgħu abbonati bit-tariffa skontata kull xahar għal 24 xahar. Jekk inti tixtieq tittermina, il-proċess imsemmi fil-Klawsola 10.3 japplika. Jekk il-Klijent jixtieq jaqleb għall-Ftehim month-on-month, dan jista’ jsir, iżda huwa suġġett għall-ħlas tat-tariffa “month-on-month”. Fil-każ ta’ terminazzjoni tal-Ftehim “month-on-month”, il-proċess imsemmi fil-Klawsola 10.2 japplika.

10.5 Fl-aħħar tal-perjodu ta’ tletin (30) ġurnata minn notifika tat-terminazzjoni is-Servizz jiġi diskonness, wara dan għandek perjodu ieħor ta’ tletin (30) ġurnata li fihom inti għandek tirritorna it-Tagħmir kollu pprovdut, lil Melita Limited, Mrieħel By-Pass, Mrieħel jew fi kwalunkwe indirizz ieħor indikat mill- Melita. Jekk it-Tagħmir ma jingħatax lura jew ikollu l-ħsara, Melita jkollha d-dritt li tapplika l-ispejjeż rilevanti kif speċifikat fl-Iskeda tal-Ispejjeż. Fil-każ fejn titlob li t-Tagħmir jiġi miġbur, dan is-servizz ikun suġġett għal Spejjeż relatati mal-Ġbir tat-Tagħmir (Collection of Equipment Charge) kif speċifikat fl-Iskeda tal-Ispejjeż. Inti obligat tħallas l-ispejjeż kollha elenkati fil-Kont tiegħek, sad-data tat-terminazzjoni jew diskonnessjoni tas-servizz.

10.6 Mingħajr preġudizzju għall-Klawsola 10 u l-klawsoli l-oħra f’dan il-Ftehim, dan il-Ftehim jista’ jiġi terminat fil-pront u mingħajr avviż minn Melita, jekk: (a) inti ssir insolventi, fallut, jew tidħol fi kwalunkwe arranġjament ieħor mal-kredituri tiegħek jew jekk xi azzjoni legali tittieħed jew hija hemm theddida kontra l-proprjetà tiegħek; (b) int jew xi persuna oħra fil-Fond ta’ Installazzjoni tiegħek wettaqtu jew tistgħu tkunu qed twettqu, xi frodi kontra tagħna jew kontra xi persuna jew organizzazzjoni oħra billi tuża s-Servizzi jew it-Tagħmir; (ċ) inti ksirt dan il-Ftehim u ma irrimedjajtx il-ksur fi żmien 7 t’ijiem minn-notifika tagħna tal-ksur; (d) aħna għandna provi biex nemmnu li tajtna tagħrif u informazzjoni falza, mhux korretta jew qarrieqa jew għall-iskop ta’ ksib tas-Servizzi u/jew it-Tagħmir (e) il-provvista tas-Servizz lill-Klijent tista’ tagħti lok għal jew tikkawża tfixkil fis-Servizzi offruti minn Melita lill- Klijenti l-oħra tagħha; (f) l-awtorizzazzjoni tagħna biex noffru servizz bħala operaturi ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi tiġi tterminata jew sospiża għal kwalunkwe raġuni; jew (g) aħna niġu mitluba li nkunu konformi ma’ ordni, talba jew deċiżjoni minn kwalunkwe awtorità governattiva jew regolatorja.

10.7 Kull Klijent li kellu l-Ftehim itterminat jew diskonness u li jixtieq jerġa jattiva s-Servizzi tiegħu jkollu jħallas l-ammonti kollha dovuti f’ismu kif ukoll spejjeż ta’ rikonnessjoni (Reconnection Charge) kif stipulat fl-Iskeda ta’ Spejjeż.

10.8 It-terminazzjoni tal-Ftehim tiegħek magħna m’għandux inaqqas id-drittijiet tagħna jew rimedji tagħna fil-liġi biex nirkupraw mingħandek djun pendenti jew danni u m’għandux jaffettwa l-ebda dritt personali tiegħek li kellek qabel it-terminazzjoni. Kull klawsola taħt dan il-Ftehim li għandha tapplika wara t-terminazzjoni tibqa’ tapplika.

10.9 Kull vjolazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn naħa tagħna jagħtik id-dritt li tittermina l-Ftehim mingħajr ma tħallas spejjeż addizzjonali. Madankollu, aħna għandna ningħataw perjodu ta’ rettifika ta’ mhux inqas minn 15 il-ġurnata biex nirrettifikaw il-pożizzjoni tagħna, liema 15 il-ġurnata għandhom jibdew jiddekorru mid-data li inti tibgħatilna avviż iffirmat bil-miktub, fejn tispeċifika n-natura tal-vjolazzjoni.

11 LIMITAZZJONI TAR-RESPONSABBILTÀ

11.1 Salv għal kif ġie stabbilit f’dan il-Ftehim iżda mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità ta’ dak li ntqal, inti għandek iżżomm lil Melita, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew il-kuntratturi tagħha, mingħajr ebda ħtija u ma tippretendix indennizz mingħand Melita għal: (a) kwalunkwe telf, responsabbiltà u/jew kull ħsara fiżika diretta li ssir fuq il-proprjetà tiegħek sakemm mhux ikkawżata minn negliġenza tagħna jew in-negliġenza tal-impjegati tagħna, l-aġenti jew il-kuntratturi waqt li jaġixxu fil-kors tal-impjieg tagħhom u li ssir notifikata lil Melita fi żmien seba’ (7) t’ijiem mid-data minn meta jseħħu; (b) danni diretti/indiretti jew konsegwenzjali; (c) telf ta’ qliegħ, negozju jew dħul; (d) dewmien fl-aċċess jew interruzzjonijiet; (e) telf jew responsabbiltà li jirriżultaw minn xi żbalji, ommissjonijiet, jew dikjarazzjonijiet żbaljati f’xi parti jew l-informazzjoni kollha, oġġetti, jew servizzi miksuba fuq jew permezz tas-Servizzi; (f) kull żball jew ommissjoni tal-Klijent (g) kull telf ta’ Servizz u/jew ħsara kkawżata lit-Tagħmir tagħna jew it-Tagħmir tal-Klijent li jirriżultaw minn qtugħ ta’ enerġija.

11.2 Mingħajr preġudizzju għall-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-responsabbiltà totali ta’ Melita (jekk ikun il-każ) li tirriżulta minn dan il-Ftehim, fi kwalunkwe sena waħda, ma għandha fl-ebda ċirkostanza taqbeż is-somma totali ta’ ħlasijiet mħallsa minnek għas-Servizz/i dik is-sena.

12 MIXXELLANJI

12.1 Aħna nistgħu nittrasferixxu d-drittijiet u l-obbligi tagħna taħt dan il-Ftehim billi ninnotifikawk. Inti ma tistax tittrasferixxi d-drittijiet jew l-obbligi tiegħek taħt dan il-Ftehim.

12.2 Dan il-Ftehim fih il-Ftehim kollu bejnek u bejna u kwalunkwe ftehim preċedenti fir-rigward tas-Servizzi li għandhom jiġu pprovduti skont dan il-Ftehim min issa l-quddiem jiġu revokati b’dan il-Ftehim. Xejn li ntqal lilek minna jew f’isimna jifforma parti minn dan il-Ftehim. Jekk għal xi raġuni xi klawsola ta’ dan il-Ftehim ma tistax tiġi inforzata jew invokata, il-klawsoli kollha l-oħra ta’ dan il-Ftehim għandhom jibqgħu validi u vinkolanti.

12.3 L-intestaturi għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jservu għall-faċilità ta’ referenza biss u ma għandhomx jaffettwaw l-interpretazzjoni jew il-kostruzzjoni tiegħu.

12.4 In-nuqqas ta’ kull parti biex tinsisti fuq prestazzjoni ristretta ta’ xi dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim, jew li teżerċita kwalunkwe dritt jew rimedju li hija intitolata għalih taħt jew b’konnessjoni ma’ dan il-Ftehim, m’għandux jikkostitwixxi rinunzja tiegħu, u kull rinunzja għal xi dritt ma għandiex tikkostitwixxi rinunzja ta’ xi dritt sussegwenti.

12.5 Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra li tinsab f’dan il-Ftehim, xi avviżi li aħna jew inti nagħtu lil xulxin għandhom ikunu bil-miktub u għandhom jiġu kkonsenjati bl-idejn, mibgħuta bil-faks, bl-e-mail jew posta ordinarja fl-indirizz tiegħek fejn inti rreġistrat jew lilna f’Imrieħel By-Pass, Mrieħel BKR 3000 Malta. Inti titqies li tkun irċevejt kull avviż bil-miktub mibgħut lilek mingħandna l-ġurnata ta’ wara li jkun ġie mibgħut bil-posta fl-aħħar indirizz magħruf tiegħek.

12.6 Melita ma tistax taċċetta responsabbiltà għal offerti relatati mal-provvista ta’ Servizz li jsiru fi kwalunkwe post ieħor li mhix il-websajt tagħha, riklami jew pubblikazzjonijiet. Melita ma tistax taċċetta responsabbiltà għall-wegħdiet, rappreżentazzjonijiet, eżenjonijiet, trattament favorevoli jew varjazzjonijiet proposti ta’ dawn it-Termini sakemm dawn ma jiġux ikkonfermati bil-miktub minn rappreżentant awtorizzat tal-Melita.

12.7 Dan il-Ftehim għandu jkun regolat, miftiehem u interpretat skont il-Liġijiet tar-Repubblika ta’ Malta. Il-partijiet jissottomettu ruħhom għall-ġurisdizzjoni tal-Qrati ta’ Malta.

13 PROTEZZJONI TAD-DATA

13.1 Melita tipproċessa l-informazzjoni kollha relatata mal-Klijent skond l-Att tal-Protezzjoni tad-Data 2001 (Kapitolu 440 tal-Liġijiet ta’ Malta) u l-leġiżlazzjoni sussidjarja tagħha. Melita tista’ tipproċessa l-informazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni diretta tal-promozzjoni u tista’ tibgħatlek informazzjoni dwar prodotti u servizzi pprovduti minna jew xi sussidjarja tagħna / kumpanniji parent/affiljata, bil-posta, telefon, e-mail, messaġġi elettroniċi inklużi messaġġi bit-test jew fax. Jekk inti ma tridx li aħna nagħmlu dan, inti tista’ fi kwalunkwe waqt, b’avviż bil-miktub lil Melita, topponi l-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħek għal skopijiet ta’ marketing dirett. Barra minn hekk inti tirrikonoxxi li Melita hija obbligata li tipprovdi s-Servizzi b’mod konformi mal-Liġi Maltija nklużi l-liġijiet li jittrattaw ma’ żamma tad-data u interċettar legali.

13.2 Melita tirriserva id-dritt li tgħaddi data relatata mal-Klijent lil affiljati, operaturi oħra awtoriżati fil-qasam tat-telekommunikazzjoni, aġenti tal-Melita u terzi awtoriżati (inklużi credit reference agencies u aġenziji ta’debt collection) dan biex jiġi provdut is-Servizz in generali, għall-iskop ta’protezzjoni tal-Melita u interessi leġittimi ta’terzi, għal credit referencing, prevenzjoni ta’frodi, debt collection u porting.

13.3 Mingħajr preġudizzju għal klawsola 13.1 u 13.2, Melita tissottometti li tiżgura li d-data iproċessata tkun skont id-Data Protection Policy tagħha li tinsab fuq www.melita.com

14 AĊĊESS GĦAS-SERVIZZI TA’ EMERĠENZA

14.1 Il-Klijenti li jixtiequ jsejjħu s-Servizzi ta’ Emerġenza jistgħu jċemplu numru ta’ kodiċi qasir kif jista’ jkun applikabbli minn żmien għal żmien. Bħalissa n-numru huwa 112. Melita tiddikjara u l-Klijent jirrikonoxxi li t-Tagħmir jiddependi fuq l-elettriku għall-prestazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, fil-każ ta’ qtugħ ta’ enerġija, is-Servizz (inkluż l-aċċess għal servizzi ta ‘emerġenza) mhux se jkun disponibbli.

15 SKEDA TA’SPEJJEŻ

15.1 Is-segwenti hija l-Iskeda ta’Spejjeż u Tariffi, inkluż fejn applikabbli termini u kundizzjonijiet applikabbli għal tariffa partikolari:

Television Installation Charge €45 Service Transfer Charge €60
Internet Installation Charge €45 Upgrade to WIFI Modem Charge €45
Fixed Telephony Installation Charge €45 Collection Of Equipment Charge €45
Lost, Stolen Or Damaged STB/CAM Charge €50 Disconnection Charge €45
Installation/Removal Of Additional Television Outlet Charge €45 Reconnection Charge €45
Lost, Stolen Or Damaged Internet Modem Charge €50 Late Payment Charge €4
Lost, Stolen Or Damaged Remote Charge €10 Monthly Payment Charge (Non Direct Debit Mandate) €3
Lost, Stolen Or Damaged Smart Card Charge €10 Returned Cheque or Direct Debit Reversal Charge €12
Wi-Fi Setup Charge
€45 Monthly Charge For Email Forwarding Service Beyond 12 Months €7
PC Setup Charge €45 Monthly Paper Bill Charge €2
Relocation of Outlet Charge €45 Recycling Device Charge €10
Home Visit Charge €45 Recycling Modem Charge €10
Month-On-Month Charge €10 Recycling Television Set Top Box Charge €10
1st Am – Last Pm Appointment Charge €15  Arris Modem Installation Charge  €40

KUNDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAT-TELEVIŻJONI

(A) SKOP

A.1 Dawn li ġejjin huma l-Kundizzjonijiet tas-Servizz tat-Televiżjoni (“it-Termini”) applikabbli fir-rigward tas-servizz tat-Televiżjoni ipprovdut lilek (“il-Klijent”) minn Melita Limited (“Melita”). Fil-każ ta’ Voice on Demand (“VOD”) jew televiżjoni trażmessa permezz tal-IP, dawn it-Termini għandhom jinqraw flimkien mal-Kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Internet.

(B) PROGRAMMAR

B.1 Il-Klijent jirrikonoxxi li s-Servizz ipprovdut minn Melita jista’ jvarja. Ħafna mill-istazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-Servizz ta’ televiżjoni tal-Melita huma pprovduti minn u huma taħt il-kontroll ta’ terzi persuni. Bħala riżultat ta’ dan u minħabba li:

  1. i) kwistjonijiet li ma jaqawx taħt il-kontroll ta’ Melita (Bħal deċiżjonijiet minn dawk li jipprovdu l-programmi, diffikultajiet tekniċi u xi ċirkostanzi li ma kienux mistennija); ii) it-terminazzjoni ta’ xi ftehim partikolari li Melita seta’ kellha ma xi stazzjoni partikolari jew ma’ programme/content provider u/jew; (iii) it-titjib kostanti tas-Servizzi ipprovduti, Melita tista’ tbiddel, tirtira jew twaqqaf xi trasmissjoni jew is-servizzi ta’ trasmissjoni, line-up tal-istazzjonijiet u stazzjonijiet li huma parti mis-Servizzi. L-informazzjoni relatata mat-trasmissjoni ta’ eventi tal-futbol Ewropew jekk ikun hemm, tkun disponibbli fis-sit http://www.melita.com/european-football-events/.

B.2 Jekk matul kwalunkwe perjodu ta’ tnax (12) il-xahar konsekutiv matul is-Servizz ta’ 24 Xahar (24 Month Term) tal-Ftehim ikun hemm tibdil fl-ipprogrammar tal-istazzjonijiet li jeffettwa iktar minn ħmistax fil-mija (15%) tal-ipprogrammar tal-istazzjonijiet jew minimu ta’ ħames (5) stazzjonijiet, skont liema jkun l-ikbar, tal-kategorija rilevanti li l-Klijent ikun fiha, Melita tagħti lill-Klijent notifika ta’ tletin (30) ġurnata tat-tibdil jew permezz tal-e-mail jew bil-posta fl-aħħar indirizz ipprovdut mill-Klijent u l-Klijent ikollu d-dritt li jittermina s-Servizz tat-Televiżjoni matul dan il-perjodu ta’ notifika mingħajr ma jeħel spejjeż addizzjonali.

B.3 Il-parental control huwa disponibbli għal dawk li jakkwistaw servizz li jeħtieġ set-top box. Melita m’għandhiex kontroll fuq il-Gwida Elettronika tal-Ipprogrammar (Electronic Programming Guide – ‘EPG’) ipprovduta minnha minħabba li din il-Gwida hija ikkontrolata minn terzi persuni. Għalhekk il-programmi jistgħu jinbidlu mingħajr notifika minn qabel taħt id-diskrezzjoni tal-Istazzjon.

(C) UŻU

C.1 L-użu tas-servizz tat-televiżjoni ta’ Melita, EPG, is-sinjal u t-Tagħmir/CPE huwa disponibbli għall-użu tal-Klijent liema użu għandu jkun limitat għall-skopijiet privati u mhux kummerċjali. Inti ma tistax tagħmel użu addizzjonali tas-suċċitati mingħajr il-kunsens speċifiku ta’ Melita. L-użu mhux awtorizzat ikun suġġett għal spejjeż addizzjonali għall-Klijent sabiex dan isewwi, jissostitwixxi jew jerġa’ jpoġġi it-Tagħmir/CPE għall-użu oriġinali tiegħu.

C.2 Sakemm mhux awtorizzat minn Melita, il-Klijent jirrikonoxxi u jaqbel li hu/hi m’għandux/hiex id-dritt li j/tirreġistra xi parti minn jew l-ipprogrammar jew is-servizzi ta’ ipprogrammar jew li j/tippermetti li xi persuna tagħmel dan għal kwalunkwe raġuni.

(D) TAGĦMIR

D.1 Aħna responsabbli għall-funzjonament tat-Tagħmir. Inti taqbel li tipprovdi, tkun responsabbli għal u żżomm fi stat tajjeb is-sett tiegħek tat-televiżjoni, VCR, DVD, tablet, monitor, u xi Tagħmir tal-Klijent ieħor li permezz tiegħu l-Klijent jista’ jara s-servizz. Melita ma tkun bl-ebda mod responsabbli għal telf jew ħsara ikkawżata lit-televiżjoni tiegħek jew lil xi Tagħmir tal-Klijent bħala riżultat tal-użu tal-istess mat-Tagħmir tagħna.

D.2 Melita tirriżerva d-dritt li tirregola n-numru ta’ settijiet tat-televiżjoni kollegati ma’ xi outlet/set-top installat minn Melita.

________________________________________________________________________________

KUNDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-INTERNET

(A) SKOP

A.1 Dawn li ġejjin huma l-Kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Internet (“it-Termini”) applikabbli fir-rigward tas-servizz tal-Internet ipprovdut lilek (“il-Klijent”) minn Melita Limited (“Melita”).

(B) IR-RESPONSABBILTAJIET TIEGĦEK

B.1 Minkejja d-dritt ta’ Melita li tnaqqas, tissospendi jew twaqqaf is-Servizzi jew li tnaqqas ċertu tip ta’ traffiku skont il-Politika dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku, jekk il-Klijent jabbuża mis-Servizz jew jikser il-Ftehim tiegħu/tagħha, aħna nistgħu nibgħatulu/ha twissija formali li tispeċifika l-kondotta inaċċettabbli flimkien ma notifika minn Melita li ksur tal-Ftehim f’okkażjonijiet oħra jista’ jirriżulta f’terminazzjoni temporanja jew permanenti tas-Servizz. Jekk Melita tapplika sospensjoni temporanja jew restrizzjoni fuq il-Klijent, Melita tista’ fuq diskrezzjoni tagħha twaqqaf din ir-restrizzjoni jew sospensjoni hekk kif tirċievi mingħand il-Klijent wegħda bil-miktub li ma jerġax iwettaq dan l-abbuż fil-futur. Il-każijiet kollha jiġu kkunsidrati individwalment fuq il-merti tagħhom.

B.2 Melita tista’ tieħu azzjoni kriminali kontra l-Klijent jekk dan jagħmel ħsara lis-sistema jew lin-netwerk. Melita tobbliga ruħha li tikkoopera fis-sħiħ mal-isforzi kollha biex jiġu traċċjati dawn il-ksur u toffri d-disponibbiltà ta’ data tal-utent u log files lill-awtoritajiet rilevanti jekk ikun hemm bżonn. Il-Klijent huwa responsabbli għall-użu tas-Servizzi minn xi persuna li taċċessa s-Servizzi permezz tal-kompjuter tiegħu/tagħha, bl-użu tal-iscreen name u password tal-Klijent.

B.3 L-użu tas-Servizzi jista’ jippermetti lill-Klijent li jaċċessa ċerta informazzjoni, prodotti u servizzi minn persuni li mhumiex ` Melita. Barra minn hekk l-aċċess għal din l-informazzjoni tista’ tkun suġġetta għal tariffa flimkien ma’ ċerti servizzi online. Inti unikament responsabbli għall-ħlas ta’ dawn l-ispejjeż jew tariffi applikabbli għal servizzi online, prodotti jew informazzjoni.

B.4 Il-Klijent jaqbel li jħallas id-danni lil Melita fil-każ ta’ xi talba għal ħlas mingħand terzi persuni fir-rigward tal-użu ta’ xi wieħed minn dawn is-servizzi, prodotti jew informazzjoni. Melita ma tirrakkomandax u lanqas tiggarantixxi xi prodott ta’ terzi persuni, servizzi jew kontenut li jitqassam jew jiġi reklamizzat jew huwa aċċessibbli permezz tas-Servizzi.

(C) IR-RESPONSABBILTAJIET TAGĦNA, ID-DRITTIJIET U R-RIMEDJI

C.1 Minħabba fatturi li mhumiex fil-kontroll tagħna u minħabba wkoll ta’ konġestjoni u jew problemi tan-netwerk kemm lokali kif ukoll globali u netwerks tat-telekomunikazzjoni, l-veloċita ta` l-aċċess għall-internet jista’ jvarja minn żmien għal żmien. Minħabba n-natura tal-internet, inklużi influwenzi ta’ terzi persuni li mhumiex taħt il-kontroll tal-Melita, Melita toffri servizzi tal-internet abbażi tal-aħjar kapaċitajiet tagħha. Jekk Klijent li hu abbonat tal-internet m’huwiex jilħaq il-veloċita` tad-download u l-upload li huwa sottoskritt għaliha meta jinsab konness ma internet modem permezz ta’ konnessjoni bil-fili, wara li iwettaq test tal-veloċità kif dirett minna, ġentilment nitolbuk sabiex tagħmel kuntatt magħna biex jintbagħat tekniku. Jekk wara ż-żjara tat-tekniku tagħna, il-konsumatur jkompli jesperjenza problemi rikorrenti ta’ veloċità evidenzjat minn testijiet ta’ veloċità, u din il-kwistjoni ma tiġix solvuta fi żmien tliet ġimgħat mill-ewwel ilment irreġistrat formalment, allura l-konsumatur jkun intitolat li jittermina l-ftehim, mingħajr penali.

C.2 Melita tirrakkommanda bis-sħiħ li minħabba n-natura tas-servizz li jibqa’ dejjem għaddej, inti għandek tagħmel użu minn prodotti addizzjonali ta’ sigurtà bħal firewalls personali u softwer Anti-Virus.

C.3 Aħna nirriżervaw id-dritt li nikkontrollaw l-adegwatezza tat-Tagħmir tal-Klijent qabel ma niftehmu li nipprovdulek is-Servizzi. Melita tuża Tagħmir standard akkwistat minn sorsi ta’ reputazzjoni tajba, iżda ma niggarantixxux li l-installazzjoni tat-Tagħmir fuq il-kompjuter tiegħek mhux se jfixkel l-operazzjonijiet normali tiegħu jew li mhux se jikkawżalu telf ta’ informazzjoni jew telf jew ħsara tas-softwer jew hardwer. Aħna neskludu kull responsabbiltà f’dan ir-rigward. Melita mhix responsabbli jekk inti m’intix kapaċi tuża s-Servizzi minħabba li t-Tagħmir tal-Klijent ma jaħdimx sew jew mhux kompatibbli man-Netwerk jew it-Tagħmir.

C.4 Melita tirriżerva d-dritt li tissorvelja u tikkontrolla l-volum ta’ data bi-direzzjonali u/jew it-tipi ta’ traffiku bi-direzzjonali trażmessi permezz tas-Servizz tiegħek. Fil-każ fejn l-użu tiegħek tas-Servizz jista’ jkun ta’ detriment għall-klijenti l-oħra, ipoġġi riskju fuq is-sistema tagħna, mhux fil-parametri ta’ jew imur kontra l-Ftehim tiegħek, aħna nirriżervaw id-dritt li nnaqqsu, nissospendu jew nitterminaw is-Servizz tiegħek jew innaqqsu ċertu tip ta’ traffiku fuq is-Servizz tiegħek. Matul iż-żmien meta t-tnaqqis, is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni jkun qed jiġi applikat, inti xorta waħda trid tħallas it-tariffa mensili għas-Servizz tiegħek. Melita tirriżerva wkoll id-drittijiet biex: (i) tagħti prijoritajiet lil ċerti tipi ta’ traffiku f’ħinijiet fejn l-użu jkun għoli u/jew żoni b’użu għoli sabiex tiżgura servizz ottimali; (ii) tnaqqas il-veloċità ta’ ċertu tip ta’ traffiku li mhux kritiku f’terminu ta’ ħin f’perjodi jew f’żoni fejn l-użu huwa għoli; (iii) toffri sostenn għad-disponibbiltà ta’ servizzi premium.

(D) TERMINAZZJONI

D.1 Fejn is-Servizzi jiġu terminati, kull e-mail, web space, data, indirizzi tal-e-mail u xi karatteristiċi oħra pprovduti bħala parti mis-Servizzi jiġu kkanċellati u ma nkunux nistgħu nerġgħu nġibu lura l-informazzjoni. Ma nkunux nistgħu nerġgħu ntuk l-istess indirizz tal-e-mail iktar ‘il quddiem jekk inti tiddeċiedi terġa’ tagħmel attivazzjoni mill-ġdid tas-Servizz sakemm ma jkunx hemm ftehim preċedenti f’dan ir-rigward li jista’ jkun suġġett għal tariffa addizzjonali.

Mingħajr preġudizzju għall-Klawsola D.1 il-Klijent li jkun abbonat għas-Servizz tal-Internet, f’dawk il-każijiet fejn il-mailbox kienet ipprovduta minn Melita, fuq talba għal terminazzjoni skont Klawsola 10.2 tal-Ftehim, jista’ jitlob li l-e-mail jintbagħtu fuq l-indirizz tal-e-mail il-ġdid u dan jinkludi risposta awtomatika fejn min jibgħat l-e-mail jiġi infurmat dwar dan is-servizz ta’ forwarding u dwar l-indirizz tal-e-mail il-ġdid. Dan is-servizz jibqa’ bla ħlas għal perjodu massimu ta’ tnax (12) il-xahar u wara dan Melita jkollha d-dritt li tkompli dan is-servizz b’tariffa addizzjonali kif stipulat fl-Iskeda tal-Ispejjeż sakemm il-Klijent ma jipprovdix altrimenti. Il-Klijent għandu jagħmel talba għal dan is-servizz ta’ forwarding hekk kif tingħata notifika ta’ terminazzjoni tal-Ftehim.

(E) PROPRJETÀ INTELLETTWALI

E.1 Kull kontenut li jintbagħat permezz tas-Servizzi jista’ jiġi protett bil-kopyright, trade mark jew drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Il-Klijenti jaċċettaw u jaqblu li l-kontenut jista’ jiġi immanipolat, mibdul, addattat, immodifikat , issevjat jew mibgħut lil oħrajn mingħajr restrizzjoni permezz ta’ netwerks li huma kemm wireless u kemm le u l-internet u Melita ma tkunx responsabbli għall-atti bħal dawn. Inti taqbel li ma tbagħbasx, tbiddilx, taddatta jew timmodifika kontenut mingħajr il-kunsens bil-quddiem tad-detentur tad-drittijiet ta’ dan il-kontenut.

__________________________________________________________________________________

KUNDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TA’ TELEFONIJA FISSA

(A) SKOP

A.1 Dawn li ġejjin huma l-Kundizzjonijiet tas-Servizz ta’ Telefonija Fissa (“it-Termini”) applikabbli fir-rigward tas-servizz ta’ telefonija fissa ipprovdut lilek (“il-Klijent”) minn Melita Limited (“Melita”).

(B) IR-RESPONSABBILTAJIET TAGĦNA, ID-DRITTIJIET U R-RIMEDJI

B.1 Jekk in-numru ta’ telefonati jew it-tariffi għat-telefonati magħmula minnek jiżdiedu daqshekk li jidher, fl-opinjoni raġonevoli tagħna, li s-Servizz/i mhux qed jintużaw b’mod konsistenti mal-użu preċedenti tiegħek, aħna nirriżervaw id-dritt li nissospendu s-Servizz/i, nitolbuk tagħmel pagament ta’ depożitu bħala garanzija tal-ispejjeż pagabbli minnek; u/jew inwaqqfuk milli tagħmel telefonati għal barra minn Malta u/jew telefonati premium rated. Aħna nwettqu l-isforzi tagħna kollha biex nagħmlu kuntatt miegħek qabel ma nipproċedu biex nieħdu waħda mill-azzjonijiet suċċitati, iżda ma nkunux responsabbli jekk ma nagħmlux dan.

(C) ID-DRITTIJIET, RIMEDJI U RESPONSABBILITAJIET TIEGĦEK

C.1 Inti unikament responsabbli għal kommunikazzjoni u/jew kontenut, fi kwalunkwe forma, li toriġina mill-użu tas-Servizz u inti taqbel li malli issir taf b’użu tas-Servizz mhux awtoriżżat jew illegali tavża minnufih lil Melita.

C.2 Inti ma għandek l-ebda jedd fuq in-numru telefoniku allokat lilek mill-Melita minn żmien għal żmien. Melita tirriżerva id-dritt li fi kwalunkwe ħin tbiddel in-numru alllokat lilek jew f’isem ieħor, kodiċi jew numru assoċjat mas-Servizz.

(D)KONT DETTALJAT

D.1 Il-kont dettaljat huwa disponibbli biss għas-servizz post-paid ta’ Melita u għall-kontijiet li nħarġu fl-aħħar 6 xhur. Dan jingħata bla ħlas fuq talba tal-Klijent.

(E) SERVIZZ PRE-PAID (imħallas minn qabel)

E.1 Meta is-servizz huwa pre-paid inti tista’ tikkredita` il-kont tiegħek permezz ta’ wieħed mill-metodi ta’pagament li jkun disponibbli. Inti tista’ tagħżel li tikkredita il-kont tiegħek permezz ta’ pre-paid card, f’liema każ inti unikament responsabbli f’każ li il-card tintilef jew tiġi misruqa. Il-pre-paid card tiskadi skont it-terminu indikat fuq il-card innifisha, dan jiġi ikalkulat mid-data ta’l-ewwel użu. Meta it-terminu jiskadi, il-kreditu li jkun jinsab fuq il-pre-paid card jintilef, sakemm ma jsirx top-up b’valur ta’pre-paid card oħra, f’dan il-każ it-terminu tal-pre-paid card il-ġdida japplika. Biex jiġi evitat kull dubju, il-frażi ‘l-ewwel użu’ tfisser l-ewwel darba li il-PIN li jinsab fuq il-parti ta’wara tal-pre-paid card jiġi mdaħħal fit-telefon. Jekk il-kreditu fuq il-pre-paid card jintuża qabel ma jintlaħaq it-terminu, il-Klijent jkun jista` jirċievi biss telefonati u jagħmel biss telefonati ta’emerġenza (112). Biex jiġi evitat kull dubju, jekk il-Klijent ma għandux kreditu fil-kont, ma jkunux jistgħu jsiru telefonati melita-to-melita.

E.2 Meta is-servizz huwa pre-paid il-Ftehim tiegħek jibda meta l-applikazzjoni għas-Servizz tiġi aċċettata mill-Melita u tkompli sa ma wieħed mill-partijiet ma jiddeċidix li jittermina billi sebat-ijiem (7) qabel jibgħat notifika bil-miktub jew jekk l-ammont totali fuq il-pre-paid card ma jeċċedix €50 fis-sena jew kwalunkwe ammont ieħor li jista’ jiġi determinat mill-Melita minn żmien għal żmien, ikkalkulat mid-data ta’meta is-servizz pre-paid jiġi attivat. Fil-każ li il-Klijent ma jeċċedix l-ammont minimu, is-servizz pre-paid jista’ jiġi mibdul f’servizz post-paid. F’dak il-każ il-Klijent jitlef il-kreditu li jkollu fuq il-kont.

(F) PORTABBILTÀ

E.1 Persuni li jixtiequ jistabbilixxu portabbiltà man-netwerk tal-Melita minn netwerk ieħor ikunu suġġetti għall-kundizzjonijiet ta’ portabbiltà tal-Melita. Melita tista’ tvarja l-ħtiġijiet ta’ portabbiltà minn żmien għal żmien. Jekk data differita ta’ portabbiltà tiġi mitluba, is-Servizz jibda’ fid-data ta’ portabbiltà magħżula.

F.2 Il-Klijenti li jixtiequ jipportjaw minn Netwerk ta’ Melita għandhom jikkuntattjaw lill-operatur li jixtiequ jistabbilixxu portabbiltà miegħu u jkunu responsabbli biex jikkonformu mal-ħtiġijiet ta’ portabbiltà ta’ dak l-operatur. Il-portabbiltà tiġi kkunsidrata bħala terminazzjoni tal-Ftehim. Inti qed tiġi mwissi li talbiet biex issir terminazzjoni ta’ portabbiltà minn man-Netwerk ta’ Melita jistgħu jiġu miċħuda minn Melita fil-każ fejn il-Kont tiegħek fih bilanċ mhux imħallas jew id-dettallji tiegħek ma jaqblux ma’ dawk fis-sistemi tagħna jew għal kwalunkwe raġuni oħra msemmija mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni.

__________________________________________________________________________________

KUNDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TA’ TELEFONIJA MOBBLI

(A) SKOP

A.1 Dawn li ġejjin huma l-Kundizzjonijiet tas-Servizz ta’ Telefonija Mobbli (“it-Termini”) applikabbli fir-rigward tas-servizz ta’ telefonija fissa pprovdut lilek (“il-Klijent”) minn Melita Limited (“Melita”).

(B) IR-RESPONSABBILTAJIET TAGĦNA, ID-DRITTIJIET U R-RIMEDJI

B.1 Il-Ftehim tiegħek ikopri biss il-provvista tas-servizz ta’ telefonija mobbli mingħand Melita lilek. Il-Ftehim ma jkoprix handsets jew apparat ieħor irċevut ma’ SIM card jew bħala parti minn pakkett li inti tieħu mingħandna jew permezz ta’ terzi persuni. Għal dan il-għan, il-kliem SIM card għandhom ifissru s-Subscriber Identity Module card li fiha n-numru tat-telefon ta’ Melita u informazzjoni tal-Klijent, li tippermettilek (flimkien mal-handset u tagħmir ieħor) taċċessa s-Servizzi tagħna.

B.2 Melita tirriżerva d-dritt li ma tilqax talbiet ta’ qlib minn tariffa għall-oħra mingħand il-Klijent. Fil-każijiet fejn taqbel ma’ talba bħal din, il-Klijent ikollu jittermina dan il-Ftehim u jidħol fi ftehim ġdid.

(C) SERVIZZI

C.1 Is-Servizzi jkunu disponibbli għalik dejjem jekk inti tkun fiż-żoni ta’ stazzjonijiet bażi li jiffurmaw in-Netwerk (jew dik tas-sħab tagħna meta qiegħed bis-servizz tar-Roaming) meta inti tipprova tuża s-Servizzi.

C.2 Il-veloċità tad-download u l-upload tad-data tiddependi fuq diversi fatturi, li jinkludu iżda mhumiex limitati għal karatteristiċi tal-apparat, lok, disponibbiltà tan-netwerk u livelli ta’ kopertura, numru ta’ utenti fi kwalunkwe post partikolari, karatteristiċi tal-fajl u applikazzjonijiet li qed jintużaw. Il-prestazzjoni tista’ tiġi influwenzata minn limitazzjonijiet tat-trasmissjoni, kwalunkwe interferenza minn tagħmir ta’ terzi , terren, użu ġewwa bini jew karozzi u limitazzjonijiet fuq il-kapaċità. Bħalissa s-servizz tal-mobile data tagħna huwa kapaċi jappoġġja sa 42 Mbps f’veloċità ta’ download u sa 1.4Mbps f’veloċita ta’ upload. Dan madankollu huwa purament stima teoretika, u f’ħafna każijiet inti mhux ser tilħaq dawn il-veloċitajiet waqt li qed tuża is-servizz tiegħek tal-mobile data minħabba l-fatturi elenkati f’dan il-paragrafu. Jekk inti tesperjenza problemi kontinwi bis-servizz tiegħek tal-mobile data, għal raġunijiet li ma jirriżultawx minn kwalunkwe fatturi elenkati f’dan il-paragrafu, li ma jirriżultax minn force majeure, jew minn kwalunkwe fattur ieħor li huwa barra mill-kontroll tal-Melita, Melita tista’ jew ittemm is-servizz tiegħek mingħajr penali jew tipprovdi rifużjoni parzjali fuq il-kont tiegħek, bhala- kreditu fuq il-kont tieghek għat-tul tal-problema. Ir-rimedju previst, huwa fid-diskrezzjoni tal- Melita, u ma jistax jiġi kkontestat.

C.3 In-Netwerk u s-Servizzi jistgħu jiġu mtejjba, immodifikati, mibdula jew isirilhom manteniment minn żmien għal żmien. Melita tagħmel l-għalmu tagħha biex dawn il-perjodi ta’ interruzzjoni ma jkunux frekwenti. Inti tagħraf u taċċetta l-obbligu ta’ Melita li tagħmel xi xogħolijiet minn żmien għal żmien fl-interess tal-Klijenti kollha.

C.4 Il-messaġġi f’test SMS Standard minn telefon għal telefon (Servizz ta’ Messaġġ Qasir – Short Message Service) huma limitati għal 160 karattru kull messaġġ. Messaġġi premjum jitħallsu bit-tariffi msemmija tagħhom. Tariffi differenti skont il-messaġġ japplikaw għal messaġġi internazzjonali mibgħuta mit-Territorju.
It-tipi kollha ta’ messaġġi jitħallsu sew jekk jinqraw u sew jekk ma jinqrawx mir-reċipjent tagħhom. Aħna ma niggarantixxux il-konsenja tal-messaġġi. It-tipi ta’ messaġġi kollha, inkluż kontenut li jitniżżel mill-internet, li ma jiġix konsenjat wara perjodu ta’ żmien jiġi kkanċellat. Aħna nirriżervaw id-dritt li nibdlu dan il-perjodu ta’ konsenja mingħajr ebda notifika. Inti tkun ifatturat għal kull parti tal-messaġġi li inti tibgħat f’partijiet multipli. Meta messaġġ wieħed jintbagħat lil iktar minn reċipjent wieħed, min jibgħat il-messaġġ iħallas għal messaġġ wieħed għal kull reċipjent.

C.5 Permezz tal-Apparat tiegħek inti tista’ taċċessa servizzi addizzjonali, li jistgħu jinkludu telefonati bil-videou aċċess għal data. L-attivazzjoni tista’ teħtieġ l-installazzjoni ta’ ċerti settings u ssir addattazzjoni għal dan il-għan fuq il-kont tiegħek jew fuq it-telefon mobbli jew apparat.

C.6 Is-Servizz fuq GPRS ikun ifatturat abbażi tal-volum ta’ data li tintbagħat u jew tiġi riċevuta mill-apparat tiegħek fuq in-Netwerk. Id-determinazzjoni da parti ta’ Melita ta’ volum ta’ data/paġni tkun konklussiva. Għal raġunijiet li Melita m’għandhiex kontroll fuqhom, il-volumi jvarjaw skont it-tip ta’ apparat li tuża. L-indikazzjonijiet tal-volum mogħtija fuq l-iskrin tal-handset jistgħu ma jkunux preċiżi.

(D) ROAMING

D.1 Inti tista’ tuża s-Servizz meta tkun barra mit-Territorju; iżda l-aċċess għan-netwerks barranin jiddependi fuq arranġjamenti bejn l-operaturi barranin u Melita. It-tariffi tar-Roaming jiġu applikati meta inti tkun barra minn Netwerk tagħna. Id-display fuq l-apparat tiegħek mhux neċessarjament tindika jekk it-tariffi tar-roaming humiex ser jiġu applikati lilek. Is-Servizzi li joriġinaw jew jiġu riċevuti meta tkun barra mit-Territorju jkunu suġġetti għat-tariffi tar-roaming. L-użu tas-Servizzi meta bir-roaming jiddependi fuq is-support tal-portatur tar-roaming tat-teknoloġija u funzjonalità tan-netwerk applikabbli. Inti għandek tivverifika dettalji dwar is-support u l-kopertura mal-portaturi tar-roaming individwalment. Il-ħruġ ta’ kontijiet għall-użu ta’ roaming internazzjonali jista’ ma jkunx puntwali minħabba dewmien fir-rappurtaġġ bejn il-portaturi. Ara s-sit www.melita.com jew ċempel +356 77100100 għal iktar informazzjoni u għall-lista ta’ pajjiżi u portaturi li fil-preżent huma disponibbli. Handsets li huma international-capable u li huma kompatibbli huma meħtieġa għal xi swieq. Id-disponibbità, il-kwalità tal-kopertura u s-Servizzi waqt ir-roaming mhumiex garantiti. Ċerta applikabbiltà, ħruġ ta’ kontijiet u restrizzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll spejjeż addizzjonali jistgħu japplikaw. Il-kundizzjonijiet jistgħu jinbidlu ta’ sikwit minħabba xi ftehim ġdid jew emendat ma operaturi oħra. Inti avżat biex iżżur is-sit tagħna www.melita.com għal informazzjoni aġġornata.

(E) TAGĦMIR

E.1 Kull SIM li aħna nipprovdulek, sew bi ħlas jew le, tibqa’ proprjetà tagħna u għandha tiġi ritornata lilna jekk aħna nitolbuhilek lura. Inti għandek iżżomm is-SIM tiegħek f’post sigur u tista’ tużaha biss biex taċċessa s-Servizzi tagħna. L-iskedi SIM faċilment isofru ħsara u għalhekk għandhom jinżammu bil-kura. Jekk is-SIM tiegħek tintilef, tinsteraq jew issirilha ħsara għandek iċċemplilna immedjatament. Jekk is-SIM tiegħek tintilef jew tinsteraq, inti tkun responsabbli għall-ispejjeż relatati mal-użu tas-SIM (inklużi l-ispejjeż relatati mat-telefonati u użu tad-data) sal-mument li inti tinnotifikana li s-SIM tiegħek intilfet jew insterqet irrispettivament milli jew l-Ispejjeż ikunu dovuti għall-użu tiegħek jew ta’ ħaddieħor. Jekk inti titlef is-SIM, inti tista’ tiġi mitlub tħallas tariffa raġonevoli għas-sostituzzjoni. Inti tista’ titlob SIM sostitutiva u aħna nipprovduhilek mill-aktar fis possibbli, iżda nirriżervaw id-dritt li napplikaw tariffa għal din is-SIM. Melita tirriżerva d-dritt li terġa’ titlob kwalunkwe SIM mingħand il-Klijent f’kull ħin sabiex ittejjeb jew tmantni l-kwalità tan-Netwerk.

(F) SIGURTÀ

F.1 Aħna ma niggarantixxux is-sigurtà. Id-Data Encryption hija disponibbli ma’ xi servizzi iżda mhux mas-servizzi kollha. Jekk inti tuża l-apparat tiegħek biex taċċessa l-e-mail tal-kumpannija jew informazzjoni, inti responsabbli biex tiżgura li l-użu tiegħek jaqbel mas-sistema interna tal-IT u l-proċeduri ta’ sigurtà tal-kumpannija tiegħek. Aħna mhux responsabbli għal telf jew disseminazzjoni ta’ informazzjoni konfidenzjali li inti tittrasmetti. Is-servizzi tagħna mhumiex ekwivalenti għall-internet bil-linja tat-telefon fiss jew servizzi tat-telefonija. Aħna m’aħniex responsabbli għal servizzi li mhumiex tagħna jew l-effetti tagħhom fuq l-apparat. Aħna nirriżervaw id-dritt li nitterminaw is-servizzi tiegħek sew jekk ikun hemm raġuni jew le, u din it-terminazzjoni tista’ tkun mingħajr limitazzjoni, mal-iskadenza jew it-terminazzjoni tal-ftehim tas-servizz ta’ telefonija mobbli. In-numru wireless tiegħek jista’ jiġi trasmess lil siti tal-Internet li inti żżur. Inti tista’ tirċievi messaġġi li ma tkunx tlabt mingħand terzi persuni bħala riżultat ta’ dawn is-siti Internet.

(G) TERMINAZZJONI

G.1 Mat-terminazzjoni tal-Ftehim tiegħek, Melita tipproċedi biex tittermina l-konnessjoni tal-apparat tiegħek minn man-Netwerk. In-numru mogħti lilek ma jibqax disponibbli kif it-terminazzjoni minn man-Netwerk issir.

(H) INFORMAZZJONI TAL-KLIJENT

H.1 Melita tista’ f’ċerti ċirkustanzi limitati tagħmel disponibbli ċerta informazzjoni dwar il-Kont tal-Klijent li għadu taħt it-18 il-sena lill-ġenituri jew tuturi ta’ dan il-Klijent li rreġistraw mal-Melita għal dan il-għan u li huma konformi mal-proċeduri ta’ verifika speċifikati minn Melita. Madankollu, Melita, tista’ taħt diskrezzjoni assoluta tagħha tirrifjuta li tipprovdi tali informazzjoni lil kwalunkwe persuna fil-każ li Melita ma tkunx sodisfatta li l-persuna li tkun qed titlob l-informazzjoni hija l-persuna li rreġistrat ma’ Melita għal dan il-għan.

(I) MIXXELLANJI

I.1 Il-Klawsola C.1, C.4 u E.1 tal-Kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Internet u l-Klawsola C.1, C.2, D.1, F.1 u F.2 tal-Kundizzjonijiet tas-Servizz tat-Telefonija Fissa huma applikabbli wkoll għal dawn it-Termini.

______________________________________________________________

SERVIZZI TAD-DIRETTORJU

Kif il-Klijent jimmarka ‘IVA’ ikun qed jagħti l-kunsens sabiex id-data personali tiegħu tifforma parti mid-direttorju u tiġi mqasma ma ‘ fornituri ta’ servizzi oħra, inkluż kwalunkwe pajjiż fl-Unjoni Ewropea, fi kwalunkwe format disponibbli. Jekk il-Klijent jixtieq li jkun ex-directory u iġiefiri ma jiżvelax informazzjoni personali tiegħu jista’ jagħmel dan billi jimmarka ‘LE’.

Reverse Search (Melita ma tipprovdix dan is-servizz fi żmien il-firma ta’ dan il-kuntratt)

Kif il-Klijent jimmarka ‘IVA’ id-data tiegħu issir disponibbli lokalment u fl-Unjoni Ewropea, fejn jippermetti t-tfittxija għad-dettalji tiegħu billi tiġi inserita d-data f’qasam speċifiku minflok l-isem tal-abbonat li jinsab imdaħħal fid-direttorju. Per eżempju, reverse search tista issir billi ddaħħal numru tat-telefon. L-isem tal-persuna attribwita ma’ dak in-numru tingħata mis-servizz tad-direttorju.

Il-Klijenti jistgħu fi kwalunkwe ħin jemendaw/jirtiraw/jagħtu l-kunsens tagħhom sabiex id-data personali tifforma parti mid-direttorju billi jżuru wieħed mill-uffiċini tagħna. Jekk il-kunsens ikun qed jiġi irtirat kwalunkwe data ppubblikata ma tistax tiġi rkuprata.

up-arrow-pink