Top Up Pay Bill

Avviż dwar il-Protezzjoni tad-data

Melita Limited, C12715, Gasan Centre, Triq il-Merghat, Zone 1, Central Business District, Birkirkara, CBD1020, Malta (“Melita”, “Aħna” u “Tagħna” għandhom jiġu interpretati skont din it-tifsira) hija l‐kontrollur tad-dejta personali pprovduta minnek (“Dejta personali”). Tista’ tagħmel kuntatt mal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta ta’ Melita billi tibgħat email fuq dpo@melitaltd.com.

Melita tinsab impenjata bis-sħiħ sabiex tipproteġi l-privatezza u d-Dejta Personali tiegħek skont il-Liġijiet ta’ Malta u l-liġijiet kollha applikabbli.

Kategoriiji ta’ Dejta Personali: Dejta personali tfisser ismek, kunjomok, l-indirizz tiegħek, in-numru tal-karta tal-identità tiegħek (numru ta’ identifikazzjoni), in-numru/i u/jew indirizz elettroniku fejn tista’ tiġi kkuntattjat, informazzjoni dwar ħlas, l-interessi u l-preferenzi tiegħel fir-rigward tas-Servizz, jew kwalunkwe informazzjoni personalment identifikabbli skont is-servizz mitlub minnek. Dejta Personali tista’ wkoll tiġi ġġenerata minnek permezz tal-użu tas-servizz. Meta tabbona għas-servizzi tagħna, Melita tipproċessa din id-Dejta Personali u tista’ titolbok tipprovdi xi Dejta Personali ulterjuri, skont is-servizz mitlub. Il-provvista ta’ tali Dejta Personali mhix rekwiżiti statutorju iżda hija att volontarju għall-finijiet: (1) li tidħol fi ftehim magħna għas-servizzi mitluba minn Melita (il-“Ftehim”); u (2) kif individwalment jingħata l-kunsens hawn taħt.

Il-bażi legali tagħna għall-ipproċessar tad-Dejta Personali tiegħek kwantu għall-ipproċessar rekwiżit ai termini tas-servizzi mitluba minn Melita,  hija l-Ftehim  u l-kunsens tiegħek fir-rigward tal-għanijiet li individwalment ingħata l-kunsens għalihom hawn taħt.

L-Ipproċessar tagħna abbażi tal-Ftehim: Fil-proċessar tad-Dejta Personali tiegħek abbażi tal-Ftehim, aħna għandna nipproċessaw id-dejta tiegħek sabiex nipprovdulek is-servizz, għall-fini ta: i) Call Placement; ii) is-Sodisfazzjon tal-Klijenti; iii) Fatturar u Ħlas; iv) Tiswijiet, Manutenzjoni, Notifiki ta’ Qtugħ fil-Provvista u Skedar ta’ Appuntamenti.

Kif tista’ tifhem, fl-eventwalità li inti tirrifjuta li tipprovdi d-Dejta Personali tiegħek, liema dejta hija strettament meħtieġa għall-provvista tas-servizz, aħna ma nkunux f’pożizzjoni li nipprovdulek is-servizzi mitluba. Nassigurawk illi d-Dejta Personali tiegħek dejjem ser tintuża skont il-liġi in vigore.

L-Ipproċessar tagħna kwantu għall-materjal promozzjonali: Melita tista’ tipproċessa d-Dejta Personali tiegħek għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta u tista’ tibgħatlek informazzjoni dwar il-prodotti tagħna u servizzi li naħsbu li jistgħu jinteressawk bil-posta, permezz tat-telephone, email, u posta elettronika (inklużi servizzi ta’ messaġġi qosra SMS). Jekk inti ma tixtieqx dan, inti tista’, fi kwalunkwe ħin, topponi għall-ipproċessar tad-Dejta Personali tiegħek għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta billi taċċessa l-MyMelita tiegħek u tirrevedi s-settings tal-profil tiegħek, jew inti tista’ żżur wieħed mill-ħwienet tagħna.

Deċiżjonijiet Awtomatizzati – Kontijiet: Jekk jogħġbok kun af li aħna nagħmlu użu minn proċessi deċiżjonali awtomatizzati għall-finijiet ta’ monitoraġġ tal-ħlas ta’ kwalunkwe ħlasijiet dovuti lilna u sabiex niddeterminaw jekk inti tinstabx konformi mal-Ftehim. Fl-eventwalità li inti ripetutament tonqos milli tħallas il-pagamenti dovuti lilna, tista’ tittieħed deċiżjoni awtomatika sabiex titwaqqaf il-provvista tas-servizz/i tiegħek.

Wieħed jista’ japprezza li tali proċess deċiżjonali awtomatizzat huwa neċessarju għall-prestazzjoni tal-Ftehim mil-lat ta’ kontijiet.

Deċiżjonijiet Awtomatizzati – Traffic Management: Ikun hemm każijiet fejn inti tista’ tagħmel użu estrem tas-servizz tal-internet tiegħek u timpatta negattivament lil klijent oħrajn. F’din l-eventwalità, il-veloċità tat-tniżżil tad-dejta tiegħek ser tiġi awtomatikament ristretta. Inti ser tirċievi notifika sabiex tkun avżat b’tali azzjoni. Jekk jogħġbok aqra t-Traffic Management Policy tagħna għal aktar informazzjoni.

Interess Leġittimu: Aħna jista’ jkollna interess leġittimu sabiex nipproċessaw Dejta Personali dwarek li hija disponibbli minn sorsi aċċessibbli lill-pubbliku fil-proċess ta’ ġbir tad-dejn.

Deċiżjonijiet Awtomatizzati Oħrajn: Għandna l-għan li nipprovduk mhux biss b’servizz, iżda wkoll li ntejbu u niżviluppaw is-servizz tiegħek permezz ta’ esperjenza aħjar u personalizzata. Sabiex nipprovdulek esperjenza tal-klijent personalizzata, aħna nistgħu niġbru informazzjoni ġġenerata permezz tal-użu minnek tas-servizzi tagħna. Permezz ta’ analiżi awtomatizzata u monitoraġġ ta’ tali informazzjoni, li tista’ tinkludi profiling, aħna qegħdin nagħmlu ħilitna sabiex nipprovduk b’servizz ta’ kwalità ogħla, li tinkludi rakkomandazzjonijiet relatati ma’ programmi tat-TV, identifikazzjoni tax-xejriet tiegħek sabiex intejbu l-esperjenza tiegħek fl-użu tas-servizzi tagħna u l-ikkrejar ta’ prodotti u servizzi li jissodisfaw l-istil ta’ ħajja tiegħek. Id-deċiżjonijiet awtomatizzati tagħna ma jipproduċu l-ebda effett legali jew sinifikanti fuqek, iżda huma lkoll limitati għat-titjib tal-esperjenza tiegħek tas-servizz, u sabiex jiġu offruti lilek prodotti u servizzi relevanti għalik. Madanakollu, jekk inti ma tixtirqx li tkun soġġett għal tali deċiżjonijiet awtomatizzati minuri, inti tista’ tinforma lil Melita bl-oġġezzjoni tiegħek. Aħna nistgħu nanalizzaw jew nimmonitoraw ċertu informazzjoni għall-għanijiet statistiċi ta’ Melita stress. L-ebda azzjoni jew deċiżjoni fir-rigward tas-suġġett tad-data mhu ser titwettaq bħala riżultat ta’ tali monitoraġġ.

Riċevituri tad-Dejta Personali tiegħek: Ir-riċevituri u l-proċessuri tad-Dejta Personali tiegħek huma Melita u l-impjegati tagħna. Aħna nistgħu ukoll nitrasferixxu d-Dejta Personali tiegħek lil kumpaniji tagħna fi ħdan il-grupp (intra-group companies), affiljati u aġenti tagħna, u lil operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi oħrajn, awtorità pubblika jew aġenzija tal-infurzar, u lil terzi persuni li jipprovdu servizzi lil Melita, għall-iskopijiet ta’ riċerka marbuta mal-konsumaturi (market research), stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-klijenti, credit referencing, ġbir tad-dejn, portabbiltà (porting) u sistemi ta’ sejbien ta’ frodi. Sabiex tipprovdik bis-servizz, Melita tista’ tkun meħtieġa titrasferixxi d-Dejta Personali tiegħek lil riċiventi li jinstabu barra mill-UE. Meta jsir hekk, Melita tassiguri li dak ir-riċevitur huwa jew soġġett għal deċiżjoni dwar l-adegwatezza jew għal salvagwardji xierqa skont ir-Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali (Regolament (UE) 2016/679), u għal kwalunkwe leġislazzjoni oħra applikabbli, u li Melita għandha bażi ġustifikabbli għal tali trasferiment bħall-interess leġittimu tagħna.

Żamma tad-Dejta Personali: Id-Dejta Personali tiegħek tinżamm għat-tul taż-żmien tal-Ftehim u wara, għal mhux iktar milli hemm bżonn sabiex aħna nkunu nistgħu nissodisfaw kwalunwe obbligu impost fuqna mil-liġi li tirrikjedi li aħna nipproċessaw id-Dejta Personali tiegħek.

Drittijiet tiegħek: Inti għandek dritt li toġġezzjoni għall-ipproċċessar tad-Dejta Personali tiegħek minna, sabiex teċċeddi għad-Dejta Personali li aħna għandna dwarek u li titlob il-portabbiltà (porting) tad-Dejta Personali tiegħek f’mod strutturat li jintuża normalment u f’forma li tinqara mill-magni, lilek jew lil xi kontrollur ieħor indikat minnek. Inti għandek id-dritt ukoll li titlobna sabiex immedjatament nagħmlu rettifika, nimblukkaw jew inħassru d-Dejta Personali tiegħek. L-imblukkar u t-tħassir tad-Dejta Personali pprovduta għall-fini tal-Ftehim tista’ ssir minna biss ai termini tal-Ftehim applikabbli, u ta’ kwalunkwe obbligi oħrajn impost fuqna.

Mistoqsijiet: Kwalunkwe mistoqsijiet li jista’ jkollow rigward l-ipproċessar tad-Dejta Personali tiegħek minna jistgħu jiġu ndirizzati lil Melita jew lid-DPO tagħna. Barra minn hekk, inti għandek dritt li tressaq ilment mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data f’Malta (www.idpc.gov.mt).

Dan l-avviż huwa rregolat mil-liġijiet ta’ Malta. Għal ħarsa aktar dettaljata dwar kif aħna nipproċessaw id-Dejta Personali tiegħek, jekk jogħġbok żur is-sit www.melita.com, jew altrimenti tista’ tottjenti kopja minn wieħed mill-ħwienet tagħna.