Is-segwenti huma l-Kundizzjonijiet tas-Servizz applikabbli fir-rigward tas-servizzi tat-Televiżjoni, tal-Internet, tat-Telefonija Fissa u/jew tat-Telefonija Mobbli provduti lilek, liema kundizzjonijiet tas-servizz għandhom jinqraw flimkien mat-Termini u Kundizzjonijiet Standard tagħna u kwalunkwe termini u kundizzjonijet oħrajn speċifiċi għal xi tariffa partikolari, promozzjoni jew offerta.
KUNDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAT-TELEVIŻJONI
- SKOP
- Dawn li ġejjin huma l-Kundizzjonijiet tas-Servizz tat-Televiżjoni (“it-Termini”) applikabbli fir-rigward tas-servizz tat-Televiżjoni ipprovdut lilek (“il-Klijent”) minn Melita Limited (“Melita”). Fil-każ ta’ televiżjoni trażmessa permezz tal-IP, dawn it-Termini għandhom jinqraw flimkien mal-Kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Internet.
- PROGRAMMAR
- Il-Klijent jirrikonoxxi li s-Servizz ipprovdut minn Melita jista’ jvarja. Ħafna mill-istazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-Servizz ta’ televiżjoni tal-Melita huma pprovduti minn u huma taħt il-kontroll ta’ terzi persuni. Bħala riżultat ta’ dan u minħabba: i) kwistjonijiet li ma jaqawx taħt il-kontroll ta’ Melita (Bħal deċiżjonijiet minn dawk li jipprovdu l-programmi, diffikultajiet tekniċi u kwalunkwe ċirkostanzi li ma kinux mistennija); ii) it-terminazzjoni ta’ xi ftehim partikolari li Melita seta’ kellha ma xi stazzjoni partikolari jew ma’ programme/content provider u/jew; (iii) it-titjib kostanti tas-Servizzi ipprovduti, Melita tista’ tbiddel, tirtira jew twaqqaf xi trasmissjoni jew is-servizzi ta’ trasmissjoni, line-up tal-istazzjonijiet u stazzjonijiet li huma parti mis-Servizzi. L-informazzjoni relatata mat-trasmissjoni ta’ eventi tal-futbol Ewropew jekk ikun hemm, tkun disponibbli fis-sit https://www.melita.com/european-football-events/.
- Jekk matul kwalunkwe perjodu ta’ tnax (12) il-xahar konsekutiv matul it-Terminu ta’ 24 Xahar (24 Month Term) tal-Ftehim ikun hemm bidla fl-ipprogrammar tal-istazzjonijiet li taffettwa iktar minn ħmistax fil-mija (15%) tal-ipprogrammar tal-istazzjonijiet jew minimu ta’ ħames (5) stazzjonijiet, skont liema jkun l-ikbar, tal-kategorija rilevanti li l-Klijent ikun fiha, Melita għandha tagħti lill-Klijent notifika ta’ tletin (30) ġurnata tat-tibdil jew permezz tal-e-mail jew bil-posta fl-aħħar indirizz ipprovdut mill-Klijent u l-Klijent ikollu d-dritt li jittermina s-Servizz tat-Televiżjoni matul dan il-perjodu ta’ notifika mingħajr ma jeħel spejjeż addizzjonali.
- Il-parental control huwa disponibbli għal dawk li jakkwistaw servizz li jeħtieġ set-top box. Melita m’għandhiex kontroll fuq il-Gwida Elettronika tal-Ipprogrammar (Electronic Programming Guide – ‘EPG’) ipprovduta minnha minħabba li din il-Gwida hija ikkontrolata minn terzi persuni. Għalhekk il-programmi jistgħu jinbidlu mingħajr notifika minn qabel taħt id-diskrezzjoni tal-Istazzjon.
- UŻU
- L-użu tas-servizz tat-televiżjoni ta’ Melita, EPG, is-sinjal u t-Tagħmir/CPE huwa disponibbli għall-użu tal-Klijent liema użu għandu jkun limitat għall-skopijiet privati u mhux kummerċjali. Inti ma tistax tagħmel użu addizzjonali tas-suċitati mingħajr il-kunsens speċifiku ta’ Melita. L-użu mhux awtorizzat ikun suġġett għal spejjeż addizzjonali għall-Klijent sabiex dan isewwi, jissostitwixxi jew jerġa’ jpoġġi it-Tagħmir/CPE għall-użu oriġinali tiegħu.
- Sakemm mhux awtorizzat minn Melita, il-Klijent jirrikonoxxi u jaqbel li hu/hi m’għandux/hiex id-dritt li j/tirreġistra xi parti minn jew l-ipprogrammar jew is-servizzi ta’ ipprogrammar jew li j/tippermetti lil xi persuna oħra tagħmel dan għal kwalunkwe raġuni.
- TAGĦMIR
- Aħna responsabbli biss għall-funzjonament tat-Tagħmir tagħna. Inti taqbel li tipprovdi, tkun responsabbli għal u żżomm fi stat tajjeb is-sett tiegħek tat-televiżjoni, VCR, DVD, tablet, monitor, u xi Tagħmir tal-Klijent ieħor li permezz tiegħu l-Klijent jista’ jara s-servizz. Melita ma tkun bl-ebda mod responsabbli għal telf jew ħsara kkawżata lit-televiżjoni tiegħek jew lil xi Tagħmir tal-Klijent bħala riżultat tal-użu tal-istess mat-Tagħmir tagħna.
- Melita tirriżerva d-dritt li tirregola n-numru ta’ settijiet tat-televiżjoni kollegati ma’ xi outlet/set-top installat minn Melita.
KUNDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TAL-INTERNET
- SKOP
- Dawn li ġejjin huma l-Kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Internet (“it-Termini”) applikabbli fir-rigward tas-servizz tal-Internet ipprovdut lilek (“il-Klijent”) minn Melita Limited (“Melita”).
- IR-RESPONSABBILTAJIET TIEGĦEK
- Minkejja d-dritt ta’ Melita li tnaqqas, tissospendi jew twaqqaf is-Servizzi, u/jew li tnaqqas ċertu tipi ta’ traffiku skont il-Politika dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku, jekk il-Klijent jabbuża mis-Servizz jew jikser il-Ftehim tiegħu/tagħha, aħna nistgħu nibgħatulu/ha twissija formali li tispeċifika l-kondotta inaċċettabbli flimkien ma notifika minn Melita li ksur ripetut tal-Ftehim jista’ jirriżulta f’terminazzjoni temporanja jew permanenti tas-Servizz. Jekk Melita tapplika sospensjoni temporanja jew restrizzjoni fuq il-Klijent, Melita tista’ fuq diskrezzjoni tagħha twaqqaf din ir-restrizzjoni jew sospensjoni hekk kif tirċievi mingħand il-Klijent wegħda bil-miktub li ma jerġax iwettaq dan l-abbuż fil-futur. Il-każijiet kollha jiġu kkunsidrati individwalment fuq il-merti tagħhom.
- Melita tista’ tieħu azzjoni kriminali kontra l-Klijent jekk dan jagħmel ħsara lis-sistema jew lin-netwerk. Melita tobbliga ruħha li tikkoopera fis-sħiħ mal-isforzi kollha biex jiġu traċċjati dawn il-vjolazzjonijiet u toffri d-disponibbiltà ta’ data tal-utent u log files lill-awtoritajiet rilevanti jekk ikun hemm bżonn. Il-Klijent huwa responsabbli għall-użu tas-Servizzi minn kwalunkwe persuna li taċċessa s-Servizzi permezz tal-kompjuter tiegħu/tagħha, bl-użu tal-iscreen name u password tal-Klijent.
- L-użu tas-Servizzi jista’ jippermetti lill-Klijent li jaċċessa ċerta informazzjoni, prodotti u servizzi minn persuni li mhumiex Melita. Barra minn hekk l-aċċess għal din l-informazzjoni tista’ tkun suġġetta għal tariffa flimkien ma’ ċerti servizzi online. Inti unikament responsabbli għall-ħlas ta’ dawn l-ispejjeż jew tariffi applikabbli għal servizzi online, prodotti jew informazzjoni.
- Il-Klijent jaqbel li jħallas id-danni lil Melita fil-każ ta’ xi talba għal ħlas mingħand terzi persuni fir-rigward tal-użu ta’ xi wieħed minn dawn is-servizzi, prodotti jew informazzjoni. Melita ma tirrakkomandax u lanqas tiggarantixxi xi prodott ta’ terzi persuni, servizzi jew kontenut li jitqassam jew jiġi reklamizzat jew huwa aċċessibbli permezz tas-Servizzi.
- IR-RESPONSABBILTAJIET, ID-DRITTIJIET U R-RIMEDJI TAGĦNA
- Il-Quality of Service promises applikabbli għas-Servizz tal-Internet tiegħek mal-Melita jinkludu latency li tvarja minn 1ms sa 10ms, jitter li jvarja minn 1ms sa 5ms, u packet loss li jvarja minn 0.0% sa 0.1%, meta mkejjel direttament permezz ta’ konessjoni diretta minnmal-modem tal-Internet tal-Melita għan-Netwerk tagħna.
- Minħabba fatturi li mhumiex fil-kontroll tagħna u anke minħabba konġestjoni u/jew problemi tan-netwerk kemm lokali kif ukoll globali, l-veloċita tal-aċċess għall-internet għal netwerks tat-telekomunikazzjoni jista’ jvarja minn żmien għal żmien. Minħabba n-natura tal-internet, inklużi influwenzi ta’ terzi persuni li mhumiex taħt il-kontroll tal-Melita, Melita toffri servizzi tal-internet abbażi tal-aħjar kapaċitajiet tagħha. Jekk Klijent li hu abbonat tal-internet ma jkunx qiegħed jilħaq il-parametri tal-Quality of Service deskritti fi klawsola 3.1, mhux jilħaq il-veloċita` tad-download u l-upload li huwa sottoskritt għaliha meta jinsab konness dirett mal-modem tal-internet tal-Melita n, wara li jwettaq test tal-veloċità kif dirett minna, il-Klijent għandu jagħmel kuntatt magħna sabiex jintbagħat tekniku. Jekk wara ż-żjara tat-tekniku tagħna, il-konsumatur jibqa’ jesperjenza problemi rikorrenti ta’ kwalità tas-servizz jew veloċità kif rifless minn testijiet ta’ veloċità appożiti, u din il-kwistjoni ma tiġix riżolta fi żmien tliet ġimgħat mill-ewwel ilment formali reġistrat, allura l- konsumatur jkun intitolat li jittermina l-ftehim, mingħajr ma jinkorri penali.
- Melita tirrakkommanda bis-sħiħ li minħabba n-natura tas-servizz li jibqa’ dejjem għaddej, inti għandek tagħmel użu minn prodotti addizzjonali ta’ sigurtà bħal firewalls personali u softwer Anti-Virus.
- Aħna nirriżervaw id-dritt li niċċekkjaw l-adegwatezza tat-Tagħmir tal-Klijent qabel ma niftehmu li nipprovdulek is-Servizzi. Melita tuża Tagħmir standard akkwistat minn sorsi ta’ reputazzjoni tajba, iżda ma niggarantixxux li l-installazzjoni tat-Tagħmir fuq il-kompjuter tiegħek mhux se jfixkel l-operazzjonijiet normali tiegħu jew li mhux se jikkawżalu telf ta’ informazzjoni jew telf jew ħsara tas-softwer jew hardwer. Aħna neskludu kull responsabbiltà f’dan ir-rigward. Melita mhix responsabbli jekk inti m’intix kapaċi tuża s-Servizzi minħabba li t-Tagħmir tal-Klijent ma jaħdimx sew jew mhux kompatibbli man-Netwerk jew it-Tagħmir.
- Melita tirriżerva d-dritt li tissorvelja u tikkontrolla l-volum ta’ data bi-direzzjonali u/jew it-tipi ta’ traffiku bi-direzzjonali trażmessi permezz tas-Servizz tiegħek. Fil-każ fejn l-użu tiegħek tas-Servizz jista’ jkun ta’ detriment għall-klijenti l-oħra, ipoġġi riskju fuq is-sistema tagħna, mhux fil-parametri ta’ jew imur kontra l-Ftehim tiegħek, aħna nirriżervaw id-dritt li nnaqqsu, nissospendu jew nitterminaw is-Servizz tiegħek jew innaqqsu ċertu tip ta’ traffiku fuq is-Servizz tiegħek. Matul kwalunkwe żmien meta t-tnaqqis, is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni jkun qed jiġi applikat, inti xorta waħda trid tħallas it-tariffa mensili għas-Servizz tiegħek. Melita tirriżerva wkoll id-drittijiet biex: (i) tagħti prijoritajiet lil ċerti tipi ta’ traffiku f’ħinijiet fejn l-użu jkun għoli u/jew żoni b’użu għoli sabiex tiżgura servizz ottimali; (ii) tnaqqas il-veloċità ta’ ċertu tip ta’ traffiku li mhux kritiku f’terminu ta’ ħin f’perjodi jew f’żoni fejn l-użu huwa għoli; (iii) toffri sostenn għad-disponibbiltà ta’ servizzi premium.
- TERMINAZZJONI
- Fejn is-Servizzi jiġu terminati, kull e-mail, web space, data, indirizzi tal-e-mail u xi karatteristiċi oħra pprovduti bħala parti mis-Servizzi jiġu kkanċellati u ma nkunux nistgħu nerġgħu nġibu lura l-informazzjoni. Ma nkunux nistgħu nerġgħu ntuk l-istess indirizz tal-e-mail iktar ‘il quddiem jekk inti tiddeċiedi terġa’ tagħmel attivazzjoni mill-ġdid tas-Servizz sakemm ma jkunx hemm ftehim preċedenti f’dan ir-rigward li jista’ jkun soġġett għal tariffa addizzjonali.
- Mingħajr preġudizzju għall-Klawsola 4.1, Klijent li jkun abbonat għas-Servizz tal-Internet jista’, f’dawk il-każijiet fejn il-mailbox kienet ipprovduta minn Melita, fuq talba għal terminazzjoni skont Klawsola 10 tal-Ftehim, jitlob li l-emails jintbagħtu fuq indirizz tal-email ġdid, u dan jinkludi risposta awtomatika fejn min jibgħat l-email jiġi infurmat dwar dan is-servizz ta’ forwarding u dwar l-indirizz tal-email il-ġdid. Dan is-servizz jibqa’ bla ħlas għal perjodu massimu ta’ tnax (12)-il xahar u wara dan Melita jkollha d-dritt li tkompli dan is-servizz b’tariffa addizzjonali kif stipulat fl-Iskeda tal-Ispejjeż sakemm il-Klijent ma jipprovdix altrimenti. Il-Klijent għandu jagħmel talba għal dan is-servizz ta’ forwarding hekk kif tingħata notifika ta’ terminazzjoni tal-Ftehim.
- PROPRJETÀ INTELLETTWALI
- Kwalunkwe kontenut li jintbagħat permezz tas-Servizzi jista’ jiġi protett bid-drittijiet tal-awtur (copyright), trademark, jew drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Il-Klijenti jaċċettaw u jaqblu li l-kontenut tagħhom jista’ jiġi immanipolat, mibdul, addattat, immodifikat, issejvjat jew mibgħut lil oħrajn minn terzi persuni mingħajr restrizzjoni permezz ta’ netwerks li huma kemm wireless u kemm le u l-internet u Melita ma m’għandhomx ikunu responsabbli għal atti bħal dawn. Inti taqbel li ma tbagħbasx, tbiddel, taddatta jew timmodifika kwalunkwe kontenut ieħor mingħajr il-kunsens bil-quddiem tad-detentur tad-drittijiet ta’ dan il-kontenut.
KUNDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TA’ TELEFONIJA FISSA
- SKOP
- Dawn li ġejjin huma l-Kundizzjonijiet tas-Servizz ta’ Telefonija Fissa (“it-Termini”) applikabbli fir-rigward tas-servizz ta’ telefonija fissa ipprovdut lilek (“il-Klijent”) minn Melita Limited (“Melita”).
- IR-RESPONSABBILTAJIET TAGĦNA, ID-DRITTIJIET U R-RIMEDJI
- Jekk in-numru ta’ telefonati jew it-tariffi għat-telefonati magħmula minnek jiżdiedu tant li jidher, fl-opinjoni raġjonevoli tagħna, li s-Servizz/i mhux qed jintużaw b’mod konsistenti mal-użu preċedenti tiegħek, aħna nirriżervaw id-dritt li nissospendu s-Servizz/i, nitolbuk tagħmel pagament ta’ depożitu bħala garanzija tal-ispejjeż pagabbli minnek; u/jew inwaqqfuk milli tagħmel telefonati għal barra minn Malta u/jew telefonati premium rated. Aħna nwettqu l-isforzi raġjonevoli tagħna sabiex nagħmlu kuntatt miegħek qabel ma nipproċedu biex nieħdu waħda mill-azzjonijiet suċitati, iżda ma nkunux responsabbli jekk ma nagħmlux dan.
- Skont l-Avviż ta’ Deċiżjoni tal-MCA dwar miżuri preventivi għall-mitigazzjoni ta’ CLI spoofing u vishing scams, b’effett mill-1 ta’ Novembru 2024, Melita tista’ timblokka telefonati fejn in-numru tal-parti li qiegħda ċċempel huwa numru tat- telefown Malti li jibda b’ ‘1’, ‘2’, jew ‘8’, liema telefonati jkunu: a) magħmula lejn numru barrani li jiġi mgħoddi lil numru Malti, b) magħmula lejn outbound roamer li aktar tard jiġi mgħoddi lil numru Malti, jew c) oriġinati minn overseas solutions (eż. servizzi tat-telefonija bbażati fuq l-internet jew ibbażati fuq il-cloud) offruti minn fornituri tat-telefonija mhux awtorizzati.
- ID-DRITTIJIET, IR-RIMEDJI U R-RESPONSABBILITAJIET TIEGĦEK
- Inti unikament responsabbli għal kommunikazzjoni u/jew kontenut, fi kwalunkwe forma, li toriġina mill-użu tas-Servizz u inti taqbel li malli issir taf b’użu tas-Servizz mhux awtoriżżat jew illegali tavża minnufih lil Melita.
- Inti ma għandek l-ebda jedd fuq kwalunkwe numru telefoniku allokat lilek mill-Melita minn żmien għal żmien. Melita tirriżerva d-dritt li fi kwalunkwe ħin tbiddel numru allokat lilek jew f’isem ieħor, kodiċi jew numru assoċjat mas-Servizz.
- KONT DETTALJAT
- Inti responsabbli għall-ħlas ta’ abbonament fix-xahar u għall-ħlasijiet tas-Servizzi magħmula mis-Servizz ta’ Telefonija Fissa tiegħek. Il-Ħlas għas-Servizzi għandu jkun bir-rati stabbiliti minn Melita, liema rati huma soġġetti għal tibdil skont il-liġi fid-diskrezzjoni ta’ Melita skont il-pjan tat-tariffa applikabbli. Melita għandha normalment toffri xelta ta’ pjanijiet ta’ tariffi b’rati differenti, allowance u methods of charging kif indikati fil-Contract Summary u fit-termini speċifiċi għall-offerta. Inti tista’ tissorvelja l-livell ta’ konsum tiegħek ta’ kwalunwe allowances u spejjeż dovuti akkumulati billi żżur MyMelita.
- Il-kont dettaljat huwa disponnibbli biss għall-kontijiet li nħarġu fl-aħħar sitt (6) xhur. Dan jingħata bla ħlas fuq MyMelita, jew f’formatt printat fuq talba tal-klijent.
- PORTABBILTÀ
- Persuni li jixtiequ jistabbilixxu portabbiltà man-netwerk tal-Melita minn netwerk ieħor ikunu suġġetti għall-kundizzjonijiet ta’ portabbiltà tal-Melita. Melita tista’ tvarja l-ħtiġijiet ta’ portabbiltà minn żmien għal żmien. Jekk data differita ta’ portabbiltà tiġi mitluba, is-Servizz jibda’ fid-data ta’ portabbiltà magħżula.
- Il-Klijenti li jixtiequ jipportjaw min Netwerk ta’ Melita għandhom jikkuntattjaw lill-operatur li jixtiequ jistabbilixxu portabbiltà miegħu u jkunu responsabbli biex jikkonformu mal-ħtiġijiet ta’ portabbiltà ta’ dak l-operatur. Il-portabbiltà tiġi kkunsidrata bħala terminazzjoni tal-Ftehim u tali terminazzjoni awtomatika tista' taffettwa s-servizzi l-oħra fil-pakkett tiegħek. Hija r-responsabbiltà tal-Klijent li jiċċekkja kif is-servizzi l-oħra fil-pakkett tiegħu/tagħha se jkunu affettwati meta jittrasferixxi n-numru fiss jew mobbli tiegħu. Inti qed tiġi mwissi li talbiet biex issir terminazzjoni ta’ portabbiltà minn man-Netwerk ta’ Melita jistgħu jiġu miċħuda minn Melita fil-każ fejn il-Kont tiegħek fih bilanċ mhux imħallas jew id-dettallji tiegħek ma jaqblux ma’ dawk fis-sistemi tagħna jew għal kwalunkwe raġuni oħra msemmija mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni.
KUNDIZZJONIJIET TAS-SERVIZZ TA’ TELEFONIJA MOBBLI
- SKOP
- Dawn li ġejjin huma l-Kundizzjonijiet tas-Servizz ta’ Telefonija Mobbli (“it-Termini”) applikabbli fir-rigward tas-servizzi ta’ telefonija mobbli fuq bażi post-paid ipprovduti lilek (“il-Klijent”) minn Melita Limited (“Melita”).
- IR-RESPONSABBILITAJIET TAGĦNA, ID-DRITTIJIET U R-RIMEDJI
- Il-Ftehim konkluż minnek ikopri biss il-provvista tas-servizz ta’ telefonija mobbli mingħand Melita lilek. Il-Ftehim ma jkoprix handsets jew apparat ieħor irċevut ma’ SIM card jew bħala parti minn pakkett li inti tieħu mingħandna jew permezz ta’ negozjanti terzi. Għall-finijiet ta’ dawn it-termini, il-kliem SIM card għandhom ifissru s-Subscriber Identity Module card, li tirreferi kemm għas-SIM card fiżika tradizzjonali jew l-eSIM (embedded Subscriber Identity Module) li fiha n-numru tat-telefon ta’ Melita u informazzjoni tal-Klijent, li tippermettilek (flimkien mal-handset u tagħmir ieħor) taċċessa s-Servizzi tagħna.
- Melita tirriżerva d-dritt li ma tilqax talbiet ta’ qlib minn tariffa għall-oħra mingħand il-Klijent. Fil-każijiet fejn taqbel ma’ talba bħal din, il-Klijent ikollu jittermina dan il-Ftehim u jidħol fi ftehim ġdid.
- Melita tirriserva d-dritt li tirrifjuta kwalunkwe talba biex tissostitwixxi n-numru tat-telefonija mobbli tiegħek, jew tittrasferixxi tali fuq Klijent ieħor.
- Minħabba fatturi lil hinn mill-kontroll tagħna u anke minħabba konġestjoni u/jew kwistjonijiet relatati man-network kemm lokali kif ukoll globali, il-veloċijtajiet tan-networks ta’ telekomunikazzjoni mobbli jistgħu ivarjaw minn żmien għal żmien. Minħabba n-natura tan-netwerk mobbli, inkluż l-influwenza ta’ partijiet terzi lil hinn mill-kontroll ta’ Melita, Melita tagħti servizz mobbli fuq bażi tal-aħjar sforz.
- Melita tirriżerva d-dritt li tissorvelja u tikkontrolla l-volum ta’ data bi-direzzjonali u/jew it-tipi ta’ traffiku bi-direzzjonali trażmessi permezz tas-Servizz tiegħek. Fil-każ fejn l-użu tiegħek tas-Servizz jista’ jkun ta’ detriment għall-klijenti l-oħra, ipoġġi riskju fuq is-sistema tagħna, mhux fil-parametri ta’ jew imur kontra l-Ftehim tiegħek, aħna nirriżervaw id-dritt li nnaqqsu, nissospendu jew nitterminaw is-Servizz tiegħek jew innaqqsu ċertu tip ta’ traffiku fuq is-Servizz tiegħek. Matul kwalunkwe żmien meta t-tnaqqis, is-sospensjoni jew ir-restrizzjoni jkun qed jiġi applikat, inti xorta waħda trid tħallas it-tariffa mensili għas-Servizz tiegħek. Melita tirriżerva wkoll id-drittijiet biex: (i) tagħti prijoritajiet lil ċerti tipi ta’ traffiku f’ħinijiet fejn l-użu jkun għoli u/jew żoni b’użu għoli sabiex tiżgura servizz ottimali; (ii) tnaqqas il-veloċità ta’ ċertu tip ta’ traffiku li mhux kritiku f’terminu ta’ ħin f’perjodi jew f’żoni fejn l-użu huwa għoli; (iii) toffri sostenn għad-disponibbiltà ta’ servizzi premium.
- ID-DRITTIJIET U R-RESPONSABILITAJIET TIEGĦEK
- Inti biss responsabbli għal kwalunkwe komunikazzjoni u/jew kontenut, fi kwalunkwe forma, li joriġinaw mill-użu tas-Servizz u taqbel li tinnotifika immedjatament lil Melita b’kull użu mhux awtorizzat jew illegali tas-Servizz li ssir taf bih.
- M'għandek ebda dritt fuq n-numru tat-telefonija mobbli allokat lilek minn Melita, minn żmien għal żmien. Melita tirriserva d-dritt li fi kwalunkwe ħin tbiddel jew tissostitwixxi n-numru tat-telefon allokat lilek jew kwalunkwe isem, kodiċi jew numru ieħor assoċjat mas-Servizz.
- Inti għandek tinforma lill-Melita jekk ser tuża s-Servizz għal skopijiet kummerċjali, li għandu jinkludi iżda mhux limitat għal: jekk tkun ser tibgħat SMSs awtomatizzati b’volum kbir, jekk ser tuża s-Servizz għal kampanji ta’ reklamar, twissijiet jew għal skopijiet ta’ awtentikazzjoni, jekk tkun ser tagħmel konnessjoni ma’ SIM box, jekk tkun ser tibgħat messaġġi lil għadd kbir ta’ riċevituri, jew jekk tkun ser tibgħat volumi sinifikanti ta’ test fi żmien qasir permezz ta’ SMS, aktar ’il quddiem imsejjħa “A2P SMS”. Melita tirriżerva d-dritt li tapplika tariffi għal tali A2P SMS bir-rata ta’ €0.06ċ għal kull messaġġ. Fl-eventwalità li inti tonqos milli tinnotifika lill-Melita u tingaġġa ruħek f’din it-tip ta’ attività, Melita għandha l-ewwel tagħmel sforzi raġjonevoli sabiex tikkuntattjak qabel tieħu xi azzjoni ulterjuri. Imġiba abbużiva li tinkludi li jintbagħtu SMS mhux mitluba u l-ġenerazzjoni ta’ traffiku artifiċjali hija pprojbita.
- SPEJJEŻ u KONTIJIET DETTALJATI
- Inti responsabbli għall-ħlas ta’ abbonament fix-xahar u għall-ħlasijiet tas-Servizzi magħmula mis-SIM tiegħek. Il-Ħlas għas-Servizzi għandu jkun bir-rati stabbiliti minn Melita, liema rati huma soġġetti għal tibdil skont il-liġi fid-diskrezzjoni ta’ Melita skont il-pjan tat-tariffa applikabbli. Melita għandha normalment toffri xelta ta’ pjanijiet ta’ tariffi b’rati differenti, allowance u methods of charging kif indikati fil-Contract Summary u fit-termini speċifiċi għall-offerta. Inti tista’ tissorvelja l-livell ta’ konsum tiegħek ta’ kwalunwe allowances u spejjeż dovuti akkumulati billi żżur MyMelita.
- Il-kont dettaljat huwa disponnibbli biss għall-kontijiet li nħarġu fl-aħħar sitt (6) xhur. Dan jingħata bla ħlas fuq MyMelita, jew f’formatt printat fuq talba tal-klijent.
- SERVIZZI
- Il-wegħdiet applikabbli għall-Kwalità tas-Servizz għas-servizz mobbli tiegħek ma’ Melita jinkludu l-provvista tal- konnessjoni inizjali fl-istess ġurnata tal-ordni, sakemm inti ma tagħżilx illi s-Servizz jingħata fid-data preferuta tiegħek. Tali wegħdiet jinkludu wkoll rata ta’ call/session setup success ta’ aktar minn 99%, u call setup delay li ma jeċċedix it- tmien (8) sekondi
- Is-Servizzi jkunu disponibbli għalik dejjem jekk inti tkun fiż-żoni tas-stazzjonijiet bażi li jiffurmaw in-Netwerk (jew f’dawk tas-sħab tagħna meta qiegħed bis-servizz tar-Roaming) meta inti tipprova tuża s-Servizzi. Il-prestazzjoni tas-servizz tista’ tiġi affettwata minn limitazzjonijiet għat-trasmissjoni, interferenzi minn tagħmir ta’ terzi persuni, it-terren, in-building/in-vehicle use u limiti tal-kapaċità.
- Il-veloċità tad-download u l-upload tad-data tiddependi fuq diversi fatturi, li jinkludu iżda mhumiex limitati għal karatteristiċi tal-apparat, lok, disponibbiltà tan-netwerk u livelli ta’ kopertura, numru ta’ utenti fi kwalunkwe post partikolari, karatteristiċi tal-fajl u applikazzjonijiet li qed jintużaw. Il-prestazzjoni tista’ tiġi influwenzata minn limitazzjonijiet tat-trasmissjoni, kwalunkwe interferenza minn tagħmir ta’ terzi , terren, użu ġewwa bini jew karozzi u limitazzjonijiet fuq il-kapaċità. Bħalissa s-servizz tal-mobile data 3G tagħna huwa kapaċi jappoġġja sa 21 Mbps f’veloċità ta’ download u sa 3 Mbps f’veloċita ta’ upload, u s-servizz tal-mobile data 4.5G tagħna jappoġġja sa 200 Mbps f’veloċità ta’ download u sa 50 Mbps f’veloċita ta’ upload. Kull fejn is-servizz tal-mobile data 5G ikun disponibbli, jista’ jintlaħaq massimu ta’ 1000 Mbps f’veloċità ta’ download u sa 100 Mbps f’veloċita ta’ upload. Dan madankollu huwa purament stima teoretika, u f’ħafna każijiet inti mhux ser tilħaq dawn il-veloċitajiet waqt li qed tuża is-servizz tiegħek tal-mobile data minħabba l-fatturi elenkati f’dan il-paragrafu. Jekk inti tesperjenza problemi kontinwi bis-servizz tiegħek tal-mobile data, għal raġunijiet li ma jirriżultawx minn kwalunkwe fatturi elenkati f’dan il-paragrafu, li ma jirriżultax minn force majeure, jew minn kwalunkwe fattur ieħor li huwa barra mill-kontroll tal-Melita, Melita tista’ jew ittemm is-servizz tiegħek mingħajr penali jew tipprovdi rifużjoni parzjali fuq il-kont tiegħek, bhala- kreditu fuq il-kont tieghek għat-tul tal-problema. Ir-rimedju previst, huwa fid-diskrezzjoni tal- Melita, u ma jistax jiġi kkontestat jew sfidat.
- Jekk inti qiegħed tesperjenza problemi kontinwi waqt li tuża s-servizz lokalment, ma jkunx qiegħed tilħaq il-parametri tal-Quality of Service ipprovduti fi Klawżola 5.1 jew qed tesperjenza problemi bis-servizz tal-mobile data tiegħek għal raġunijiet li ma jirriżultawx minn kwalunkwe fatturi elenkati fi Klawżola 5.3, li ma jirriżultax minn force majeure, jew minn kwalunkwe fattur ieħor li huwa barra mill-kontroll ta’ Melita, Melita tista’ jew tittermina s-servizz tiegħek mingħajr penali jew tipprovdi rifużjoni parzjali fuq il-kont tiegħek, bħala kreditu fuq il-kont tieghek għall-perjodu li fih tkun ippersistiet il-problema. Ir-rimedju pprovdut lilek huwa fid-diskrezzjoni ta’ Melita, u ma jistax jiġi kkontestat jew sfidat.
- n-Netwerk u s-Servizzi jistgħu jiġu aġġornati, modifikati, mibdula jew issirilhom manutenzjoni minn żmien għal żmien. Melita ser tagħmel l-għalmu tagħha biex dawn il-perjodi ta’ interruzzjoni ma jkunux frekwenti. Inti tirrikonoxxi u taċċetta l-obbligu ta’ Melita li tagħmel xi xogħlijiet minn żmien għal żmien fl-interess tal-Klijenti kollha.
- It-tipi kollha ta’ messaġġi jitħallsu sew jekk jinqraw u sew jekk ma jinqrawx mir-reċipjent tagħhom. Aħna ma niggarantixxux il-konsenja tal-messaġġi. It-tipi ta’ messaġġi kollha, inkluż kontenut li jitniżżel mill-internet, li ma jiġix konsenjat wara perjodu ta’ żmien jiġi kkanċellat. Aħna nirriżervaw id-dritt li nibdlu dan il-perjodu ta’ konsenja mingħajr ebda notifika. Inti tkun ifatturat għal kull parti tal-messaġġi li inti tibgħat f’partijiet multipli. Meta messaġġ wieħed jintbagħat lil iktar minn reċipjent wieħed, min jibgħat il-messaġġ iħallas għal messaġġ wieħed għal kull reċipjent.
- Permezz tal-Apparat tiegħek inti tista’ taċċessa servizzi ta’ valur miżjud, li jinkludu aċċess għal data. L-attivazzjoni tista’ teħtieġ li tippermetti ċerti settings u ssir addattazzjoni għal dan il-għan fuq il-kont tiegħek jew fuq it-telefon mobbli jew apparat.
- Is-Servizz fuq mobile data ikun ifatturat abbażi tal-volum ta’ data li tintbagħat u jew tiġi riċevuta mill-apparat tiegħek fuq in-Netwerk. Id-determinazzjoni da parti ta’ Melita ta’ volum ta’ data/paġni għandha tkun konklussiva. Għal raġunijiet li Melita m’għandhiex kontroll fuqhom, il-volumi jistgħu jvarjaw skont it-tip ta’ apparat li tuża. L-indikazzjonijiet tal-volum mogħtija fuq l-iskrin tal-handset jistgħu ma jkunux preċiżi.
- In linea mad-Deċiżjoni tal-MCA dwar miżuri preventivi għall-mitigazzjoni ta’ CLI spoofing u vishing scams, b'effett mill-1 ta' Novembru 2024, Melita tista' timblokka telefonati fejn in-numru tal-parti li qiegħda iċċempel huwa numru tat-telefon Malti li jibda b'‘1’, ‘2’, jew ‘8’ liema telefonati jkunu: a) magħmula lejn numru barrani li jiġi mgħoddi lil numru Malti, b) magħmula lejn outbound roamer li aktar tard jiġi mgħoddi lil numru Malti, jew c) oriġinati minn overseas solutions (eż. servizzi tat-telefonija bbażati fuq l-internet jew ibbażati fuq il-cloud) offruti minn fornituri tat-telefonija mhux awtorizzati.
- ROAMING
- Inti tista’ tuża s-Servizz meta tkun barra mit-Territorju; iżda l-aċċess għan-netwerks barranin jiddependi fuq arranġjamenti bejn l-operaturi barranin u Melita. It-tariffi tar-roaming għas-servizz jiġu applikati meta inti tkun barra minn Netwerk tagħna. Jekk ma tixtieqx tuża d-dejta waqt ir-roaming, tista’ tmur għal “Settings” fil-mowbajl tiegħek tagħżel Mobile Netwerks u tiżgura li l-għażla “Roaming tad-dejta” tkun mitfija.Id-display fuq l-apparat tiegħek mhux neċessarjament tindika jekk it-tariffi tar-roaming humiex ser jiġu applikati lilek. Is-Servizzi li joriġinaw jew jiġu riċevuti meta tkun barra mit-Territorju jkunu soġġetti għat-tariffi tar-roaming. L-użu tas-Servizzi meta bir-roaming jiddependi fuq: a) is-support tal-portatur tar-roaming tat-teknoloġija u funzjonalità tan-netwerk applikabbli b) it-tip ta’ handset/apparat li qed tuża għas-servizzi tar-roaming ċ) il-fatt li d-data roaming ikun peremezz fil-pajjiżi li inti qed iżżur. Inti għandek tivverifika dettalji dwar is-support u l-kopertura mal-portaturi tar-roaming individwalment. Il-ħruġ ta’ kontijiet għall-użu ta’ roaming internazzjonali jista’ ma jkunx puntwali minħabba dewmien fir-rappurtaġġ bejn il-portaturi. Ara s-sit www.melita.com jew ċempel +356 77100100 għal iktar informazzjoni u għal lista ta’ pajjiżi u portaturi li fil-preżent huma disponibbli. Handsets li huma international-capable u li huma kompatibbli huma meħtieġa għal xi swieq. Il-kwalità tas-servizz (inklużi l-veloċità, l-latenza u d-disponibbiltà tas-servizzi tar-roaming waqt ir-roamingmhumiex garantiti u jistgħu jvarjaw mis-servizzi li jiġu użati domestikament minħabba numri ta’ fatturi f’kull pajjiż, inklużi iżda mhux limitati għad-disponibbiltà tat-teknoloġija, l-kopertura u t-topografija). Iddajlja +356 7710077100 jew żur https://www.melita.com/contact-us/ jekk tiltaqa’ ma xi diffikultajiet relatati mal-kwalità tas-servizz waqt ir-roaming.Ċerta applikabbiltà, ħruġ ta’ kontijiet u restrizzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll spejjeż addizzjonali jistgħu japplikaw. Il-kundizzjonijiet jistgħu jinbidlu ta’ sikwit minħabba xi ftehim ġdid jew emendat ma operaturi oħra. Inti avżat biex iżżur is-sit tagħna https://www.melita.com/mobile/roaming għal informazzjoni aġġornata.
- Meta tuża s-servizz tagħna fl-UE, Melita toffri servizzi regolati tar-roaming bl-imnut għall-prezz bl-imnut domestiku lill-Klijienti tagħha (“Roam Like at Home”) li: (i) huma normalment residenti f’Malta jew (ii) għandhom rabtiet stabbli ma’ Malta, u huma abbonati għal Tariffi tat-Telefonija Mobbli li jippermettu r-roaming skont il-liġi tal-UE. Dan ifisser li Klijenti eliġibbli jistgħu jużaw it-Tariffa tal-mowbajl tagħhom mingħajr ebda spejjeż addizzjonali sakemm mhumiex abbonati għal tariffa limitata għal użu domestiku. Bir-Roam Like at Home: telefonati, messaġġi SMS magħmula jew mibgħuta lil numri Maltin jew tal-UE u l-użu tad-data huma meqjusa bħala użu domestiku u joħorġu mill-konċessjoni ta’ kull xahar tat-telefonati/SMS/data, jekk ikollok minn dawn. Però, telefonati/SMS għal numri Melita (on-Net) jiġu meqjusa bħala telefonati għal netwerks domestiċi oħra (off-Net) waqt ir-roaming. Dak li jaqbeż il-konċessjonijiet tiegħek jiġi mħallas fuq rati domestiċi standard. Minkejja dan, Politka tal-Użu Ġust (Fair Use Policy) tista’ tapplika għal ċerti Tariffi u din tkun inkluża fit-termini u l-kundizzjonijiet tat-Tariffa. Il-konċessjonijiet tad-data għat-Tariffa tiegħek japplikaw għal kwalunkwe perjodu ta’ ħlas. Din il-konċessjoni ta’ volum hija kkalkulata skont ir-Regolament dwar ir-Roaming tal-UE u għandha tkun disponibbli għal klijenti li jkunu roaming fl-UE/fiż-ŻEE (Żona Ekonomika Ewropea)/fir-RU. Kull użu ta’ data li jiġi kkonsumat la darba li tkun intlaħqet il-konċessjoni tad-data GB imsemmija hawn fuq, għandu jitħallas skont ir-rata tat-tariffa standard ta’ data domestika, u meta il-konċessjoni ta’ data roaming GB tinqabeż, tibda tapplika wkoll ir-rata regolata tal-UE taż-żieda fl-ispejjeż. Iż-żieda fl-ispejjeż hija disponibbli hawn. Il-volum ta’ konċessjoni ta’ data u ż-żieda fl-ispejjeż għandhom ivarjaw skont il-liġi tal-UE.
- L-użu tas-servizzi Roam Like at Home ġewwa l-UE huma pprovduti biss għal vjaġġar perjodiku u l-benefiċċji tar-Roam Like at Home mhumiex maħsuba għal roaming permanenti.
- Melita tirriżerva d-dritt li titlob lill-Klijenti tagħha jipproduċu prova tar-residenza tagħhom f’Malta jew evidenza dokumentarja ta’ xi rabtiet stabbli li jiddeterminaw preżenza frekwenti u sostanzjali ġewwa Malta. Evidenza dokumentarja li tista’ tiġi mitluba qabel jew wara l-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim tinkludi imma mhux limitata għal: Permess ta’ Residenza uffiċjali u kontijiet tal-konsum tas-servizzi pprovduti fl-indirizz tal-Klijent. Jekk ma tistax tipproduċi l-prova mitluba ta’ rabtiet stabbli jew dokumentazzjoni ta’ residenza permanenti, Melita mhux obbligata li toffri Roam Like at Home u tista’ tapplika żieda fl-ispejjeż għal kwalunkwe attività tar-roaming fl-UE.
- Melita tista’ timplimenta mekkaniżmi ta’ kontroll li huma ġusti, raġonevoli u proporzjonali skont l-indikaturi oġġettivi tal-użu, l-konsum u l-preżenza tiegħek fuq perjodu ta’ osservazzjoni ta’ erba’ (4) xhur biex tipprevjeni użu abbużiv jew anomalu tas-servizzi Roam Like at Home għall-prezz bl-imnut domestiku, lil hinn mill-vjaġġar perjodiku. Indikaturi oġġettivi oħra jistgħu jinkludu l-inattività ta’ SIM card għal żmien twil jekk mhux esklussivament użata għar-roaming u diversi abbonamenti mill-istess Klijent għar-roaming.
- Il-konsum u l-preżenza prevalenti tar-roaming waqt il-perjodu ta’ osservazzjoni għandhom jiġu meqjusa bħala prova tal-użu abbużiv jew anomalu tas-servizzi Roam Like at Home. Melita għandha twissi lill-Klijent dwar ix-xejra tal-użu tiegħu u dwar il-possibbiltà li jeħel żieda fl-ispejjeż fin-nuqqas ta’ bidla fix-xejra tal-użu tiegħu wara l-perjodu ta’ ġimgħatejn. Jekk fi tmiem dan il-perjodu ta’ ġimgħatejn il-Klijent ma jurix konsum jew preżenza domestika attwali, Melita tirriżerva d-dritt li tapplika żieda fl-ispejjeż għall-użu magħmul mill-Klijent wara d-data ta’ din it-twissija. Il-massimu taż-żieda fl-ispejjeż inklużiv tal-VAT huwa: għal telefonati €0.0260/min mill-1 ta’ Jannar 2022; €0.0224/min mill-1 ta’ Jannar 2025; għal SMS €0.0047/SMS mill-1 ta’ Jannar 2022; €0.0035/SMS mill-1 ta’ Jannar 2025; għal data €0.0029/MB mill-1 ta’ Jannar 2022; €0.0021MB mill-1 ta’ Lulju 2022; €0.0018/MB mill-1 ta’ Jannar 2024; €0.0015/MB mill-1 ta’ Jannar 2025; €0.0013/MB mill-1 ta’ Jannar 2026; €0.0012/MB mill-1 ta’ Jannar 2027, u għandhom jitħallsu fejn huma applikabbli u skont il-liġi tal-UE. Iż-żidiet fl-ispejjeż jinbidlu perjodikament skont il-liġi tal-UE. Melita għandha tieqaf tapplika ż-żieda fl-ispejjeż hekk kif l-użu tal-klijent ma jibqax jindika riskju ta’ użu abbużiv jew anomalu tas-servizzi Roam Like at Home skont l-indikaturi oġġettivi msemmija hawn fuq.
- Melita tiddependi fuq l-imsieħba tagħha tar-roaming għal informazzjoni aġġornata dwar ir-roaming. Jista’ jkun hemm xi dewmien sabiex nirċievu l-informazzjoni relatat mal-użu tiegħek waqt ir-roaming. Dan ifisser li n-notifiki tal-konsum li jintbagħtu lill-Klijenti jistgħu jvarjaw minħabba dewmien sabiex nirċievu l-informazzjoni mingħand l-imsieħba tagħna tar-roaming. Il-ħruġ ta’ kontijiet għall-użu tar-roaming jista’ jittardja minħabba dewmien fir-rappurtar bejn il-portaturi.
- Kull użu Internazzjonali, Marittimu u Roaming Waqt it-Titjir u Roaming barra l-UE, mhumiex inklużi bħala servizzi Roam Like at Home u jitħallsu fuq ir-rati internazzjonali u rati tar-roaming disponibbli fuq is-sit tagħna. Dawn ir-rati internazzjonali u r-rati tar-roaming jistgħu jvarjaw minn żmien għal żmien skont il-ftehim mal-operatur l-ieħor. Telefonati u SMS magħmula lil numri primjum, numri bla ħlas (freephone) u numri oħra ta’ servizzi ta’ valur miżjud waqt ir-roaming jistgħu jirriżultaw fi ħlasijiet addizzjonali. Jekk jogħġbok żur https://www.melita.com/mobile/roaming għal aktar informazzjoni.
- Meta l-użu tad-data roaming jilħaq €40 aktar mid-data inkluż fit-Tariffa tiegħek, tiġi notifikat b’ SMS li d-data tal-mobajl ser jitwaqqaf meta tilħaq €50. Inti tirċievi notifika meta tilħaq €50. Il-Klijent jista’ jneħħi dan il-limitu billi jibgħat SMS lil 16868. Jekk imbagħad il-konsum ta’ kull xahar tiegħek jaqbeż il-€100, is-servizz tar-roaming tad-data tiegħek jitwaqqaf sakemm ma tibgħatx SMS fuq 16868. It-tneħħija tal-limitu tibda tapplika għal kull użu tad-data roaming li jsir fil-futur and int waħdek tinsab responsabbli għal kwalunkwe spejjeż li teħel. Il-limiti finanzjarji kollha msemmija f’dan il-paragrafu huma esklużi mill-VAT.
- Melita tista’ timplimenta miżuri sabiex timplimenta Politki tal-Użu Ġust għas-servizzi tad-data roaming ġewwa l-UE skont il-liġi tal-UE. Kwalunkwe miżuri bħal dawn ikunu inklużi fit-termini u kundizzjonijiet applikabbli għal Tariffi partikolari.
- Melita tipprova ssolvi kwalunkwe ilmenti kif inhu elenkat fl-artiklu 4.2.
- TAGĦMIR
- Kull SIM, fiżika jew eSIM, li aħna nipprovdulek, sew bi ħlas jew le, tibqa’ proprjetà tagħna u għandha tiġi ritornata lilna jekk aħna nitolbuhielek lura. Inti għandek iżżomm is-SIM tiegħek f’post sigur u tista’ tużaha biss biex taċċessa s-Servizzi tagħna. L-iskedi SIM fiżiċi faċilment isofru ħsara u għalhekk għandhom jinżammu bil-kura. Jekk is-SIM tiegħek tintilef, tinsteraq jew issirilha ħsara għandek iċċemplilna immedjatament. Jekk is-SIM tiegħek tintilef jew tinsteraq, inti tkun responsabbli għall-ispejjeż relatati mal-użu tas-SIM (inklużi l-ispejjeż relatati mat-telefonati u użu tad-data) sal-mument li inti tinnotifikana li s-SIM tiegħek intilfet jew insterqet irrispettivament milli jew l-Ispejjeż ikunu dovuti għall-użu tiegħek jew ta’ ħaddieħor. Jekk inti titlef is-SIM, inti tista’ tiġi mitlub tħallas tariffa raġonevoli għas-sostituzzjoni. Inti tista’ titlob SIM sostitutiva u aħna nipprovduhilek mill-aktar fis possibbli, iżda nirriżervaw id-dritt li napplikaw tariffa għal din is-SIM. Melita tirriżerva d-dritt li terġa’ titlob kwalunkwe SIM mingħand il-Klijent f’kull ħin sabiex ittejjeb jew tmantni l-kwalità tan-Netwerk.
- SIGURTÀ
- Aħna ma niggarantixxux is-sigurtà. Id-Data Encryption hija disponibbli ma’ xi servizzi iżda mhux mas-servizzi kollha. Jekk inti tuża l-apparat tiegħek biex taċċessa l-e-mail jew informazzjoni ta’ kumpannija, inti responsabbli biex tiżgura li l-użu tiegħek jaqbel mas-sistema interna tal-IT u l-proċeduri ta’ sigurtà tal-kumpannija tiegħek. Aħna mhux responsabbli għal telf jew disseminazzjoni ta’ informazzjoni konfidenzjali li inti tittrasmetti. Is-servizzi tagħna mhumiex ekwivalenti għall-internet bil-linja tat-telefon fiss jew servizzi tat-telefonija. Aħna m’aħniex responsabbli għal servizzi li mhumiex tagħna jew l-effetti tagħhom fuq l-apparat. Aħna nirriżervaw id-dritt li nitterminaw is-servizzi tiegħek sew jekk ikun hemm raġuni jew le, u din it-terminazzjoni tista’ tkun mingħajr limitazzjoni, mal-iskadenza jew it-terminazzjoni tal-ftehim tas-servizz ta’ telefonija mobbli. In-numru wireless tiegħek jista’ jiġi trasmess lil siti tal-Internet li inti żżur. Inti tista’ tirċievi messaġġi li ma tkunx tlabt mingħand terzi persuni bħala riżultat taż-żjara ta’ dawn is-siti Internet.
- TERMINAZZJONI
- Mat-terminazzjoni tal-Ftehim tiegħek, Melita tipproċedi biex tittermina l-konnessjoni tal-apparat tiegħek minn man-Netwerk. In-numru mogħti lilek ma jibqax disponibbli kif it-terminazzjoni minn man-Netwerk issir.
- INFORMAZZJONI TAL-KLIJENT
- Melita tista’ f’ċerti ċirkustanzi limitati tagħmel disponibbli ċerta informazzjoni dwar il-Kont tal-Klijent li għadu taħt it-18 il-sena lill-ġenituri jew tuturi ta’ dan il-Klijent li rreġistraw mal-Melita għal dan il-għan u li huma konformi mal-proċeduri ta’ verifika speċifikati minn Melita. Madankollu, Melita, tista’ taħt diskrezzjoni assoluta tagħha tirrifjuta li tipprovdi tali informazzjoni lil kwalunkwe persuna fil-każ li Melita ma tkunx sodisfatta li l-persuna li tkun qed titlob l-informazzjoni hija l-persuna li rreġistrat ma’ Melita għal dan il-għan.
- PROPRJETÀ INTELLETWALI
- Kwalunkwe kontenut li jintbagħat permezz tas-Servizzi jista’ jiġi protett bid-drittijiet tal-awtur (copyright), trademark, jew drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Il-Klijenti jaċċettaw u jaqblu li l-kontenut tagħhom jista’ jiġi immanipolat, mibdul, addattat, immodifikat, issejvjat jew mibgħut lil oħrajn minn terzi persuni mingħajr restrizzjoni permezz ta’ netwerks li huma kemm wireless u kemm le u l-internet u Melita ma m’għandhomx ikunu responsabbli għal atti bħal dawn. Inti taqbel li ma tbagħbasx, tbiddel, taddatta jew timmodifika kwalunkwe kontenut ieħor mingħajr il-kunsens bil-quddiem tad-detentur tad-drittijiet ta’ dan il-kontenut.
- PORTABBILITÀ
- Persuni li jixtiequ jistabbilixxu portabbiltà man-netwerk tal-Melita minn netwerk ieħor ikunu suġġetti għall-kundizzjonijiet ta’ portabbiltà tal-Melita. Melita tista’ tvarja l-ħtiġijiet ta’ portabbiltà minn żmien għal żmien. Jekk data differita ta’ portabbiltà tiġi mitluba, is-Servizz jibda’ fid-data ta’ portabbiltà magħżula.
- Il-Klijenti li jixtiequ jipportjaw min Netwerk ta’ Melita għandhom jikkuntattjaw lill-operatur li jixtiequ jistabbilixxu portabbiltà miegħu u jkunu responsabbli biex jikkonformu mal-ħtiġijiet ta’ portabbiltà ta’ dak l-operatur. Il-portabbiltà tiġi kkunsidrata bħala terminazzjoni tal-Ftehim u tali terminazzjoni awtomatika tista' taffettwa s-servizzi l-oħra fil-pakkett tiegħek. Hija r-responsabbiltà tal-Klijent li jiċċekkja kif is-servizzi l-oħra fil-pakkett tiegħu/tagħha se jkunu affettwati meta jittrasferixxi n-numru fiss jew mobbli tiegħu. Inti qed tiġi mwissi li talbiet biex issir terminazzjoni ta’ portabbiltà minn man-Netwerk ta’ Melita jistgħu jiġu miċħuda minn Melita fil-każ fejn il-Kont tiegħek fih bilanċ mhux imħallas jew id-dettallji tiegħek ma jaqblux ma’ dawk fis-sistemi tagħna jew għal kwalunkwe raġuni oħra msemmija mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni.
- Il-klijenti li jixtiequ jipportjaw n-numru tagħhom, kemm dak pre-paid jew hybrid, jistgħu sa mhux aktar tard minn ġimagħtejn (2) qabel japplikaw għal-porting, jitolbu lil Melita għal rifużjoni tal-kreditu ittopjat u/jew mixtri li jkun fadal. Ir-rifużjoni għandha tkun ugwali għall-ammont monetarju tal-kreditu ittopjat u/jew mixtri qabel ma n-numru tiegħek jiġi diżattivat minn fuq in-netwerk ta’ Melita. L-imsemmi ammont jeskludi kull bonus jew kreditu promozzjonali pprovdut minn Melita u t-tariffi ta’ kull xahar fil-każ ta’ klijenti ibridi. L-ipproċessar tar-rifużjoni huwa soġġett li l-Klijent iħallas Payment Processing Charge kif indikat fl-Iskeda tal-Ħlasijiet. Fejn il-valur ikkalkulat għar-rifużjoni tal-kreditu huwa inqas mil-Payment Processing Charge, Melita għandha tinformak u m'għandhiex tipproċedi bir-rifużjoni msemmija. Ir-rifużjonijiet kollha għandhom isiru minn Melita permezz ta' trasferiment bankarju fi żmien xahar (1) minn meta tirċievi t-talba.
- PORTABBILITÀ
- Melita toffri mobile calls/SMS bla ħlas lil Short Codes of Tariff Type A elenkati fis-Short Code Matrix disponibbli hawn. Kwalunkwe shortcode ieħor li jkun tat-Tariffa tat-tip B jew Ċ jiġi ffaturat skont l-Istandard Call Rate kif stipulat fil-pjan tat-tariffa.
- Telefonati lejn lid-Direttorju tal-GO (GO Directory Enquiries) jiġi ffaturati bir-rata ta’ €0.95c (liema rata tinkludi l-VAT iżda teskludi t-taxxa tas-sisa).
- Telefonati lejn l-800 range ser jiġu ffaturati skont l-iStandard Call Rate. Klijenti li huma abbonati għal calls bundle, ser ikollhom tali telefonati mnaqqsa minn dan il-bundle. Telefonati lejn l-8000 range, u l-conveyence element lejn numri commercial premium, u donation premium huwa bla ħlas.